|
+Artikolu 30 9. |
Artikolu 30 9.Għall-impjanti ta’ kombustjoni li ġejjin, abbażi tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ħtieġa li jiġu stabbiliti valuri limitu tal-emissjonijiet madwar l-Unjoni u biex jiġu emendati l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness V għal:
(a)
l-impjanti ta’ kombustjoni msemmijin fil-paragrafu 8;
(b)
l-impjanti ta’ kombustjoni fir-raffineriji alimentati mir-residwi ta’ distillazzjoni u konverżjoni mir-raffinar ta’ żejt mhux raffinat għall-konsum tagħhom stess, waħdu jew ma’ karburanti oħrajn, b’kont meħud tal-ispeċifiċità tas-sistemi ta’ enerġija tar-raffineriji;
(c)
l-impjanti ta’ kombustjoni alimentati minn gassijiet li mhumiex gass naturali;
(d)
l-impjanti ta’ kombustjoni fl-installazzjonijiet kimiċi li jużaw residwi ta’ produzzjoni likwidi bħala karburant mhux kummerċjali għall-konsum proprju. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2013, tirrapporta r-riżultati ta’ din ir-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjati, jekk adatt, bi proposta leġiżlattiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|