+Artikolu 30 Valuri limitu tal-emissjonijiet
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.
---+Artikolu 30 8.
---+Artikolu 30 9.

Artikolu 30 Valuri limitu tal-emissjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
Gassijiet ta’ skart minn impjanti tal-kombustjoni għandhom jiġu mneħħija b’mod kontrollat permezz ta’ ċumnija, li jkollha tromba jew tnejn, li l-għoli tagħha jkun kalkulat b’mod li jħares is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.
Artikolu 30 2.

Il-permessi kollha għall-installazzjonijiet li għandhom impjanti ta’ kombustjoni li ngħataw permess qabel is-7 ta’ Jannar 2013, jew li l-operaturi tagħhom ippreżentaw applikazzjoni kompluta għal permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li dawn l-impjanti jibdew jitħaddmu mhux aktar tard mis-7 ta’ Jannar 2014, għandhom jinkludu kondizzjonijiet li jiżguraw li l-emissjonijiet fl-arja minn dawn l-impjanti ma jaqbżux il-valuri limitu tal-emissjonijiet imniżżla fil-Parti 1 tal-Anness V.

Il-permessi kollha għal installazzjonijiet li jinkludu impjanti ta’ kombustjoni li kienu ngħataw eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE u li jitħaddmu wara l-1 ta’ Jannar 2016, għandhom jinkludu kondizzjonijiet li jiżguraw li l-emissjonijiet fl-arja minn dawn l-impjanti ma jaqbżux il-valuri limitu tal-emissjonijiet imniżżla fil-Parti 2 tal-Anness V.

Artikolu 30 3.
Il-permessi kollha għall-installazzjonijiet li għandhom impjanti ta’ kombustjoni mhux koperti mill-paragrafu 2 għandhom jinkludu kondizzjonijiet li jiżguraw li l-emissjonijiet lejn l-ajru minn dawn l-impjanti ma jaqbżux il-valuri limitu tal-emissjonijiet imniżżla fil-Parti 2 tal-Anness V.
Artikolu 30 4.
Il-valuri limitu tal-emissjonijiet li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness V kif ukoll ir-rati minimi tat-tneħħija tal-kubrit stabbiliti fil-Parti 5 ta’ dak l-Anness għandhom japplikaw għall-emissjonijiet ta’ kull ċumnija komuni u fir-rigward tal-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant ta’ kombustjoni. Fejn l-Anness V jipprevedi li l-valuri limitu tal-emissjonijiet jistgħu jiġu applikati għal Parti ta’ impjant ta’ kombustjoni b’għadd limitat ta’ sigħat ta’ tħaddim, dawk il-valuri limitu għandhom japplikaw għall-emissjonijiet ta’ dik il-Parti tal-impjant, iżda għandhom jiġu stabbiliti relattivament għall-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant ta’ kombustjoni kollu.
Artikolu 30 5.
L-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga għal massimu ta’ sitt xhur mill-obbligu ta’ konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet previsti fil-paragrafi 2 u 3 għad-diossidu tal-kubrit fir-rigward ta’ impjant ta’ kombustjoni li għal dak l-iskop normalment juża karburant ta’ kubrit baxx, f’każijiet meta l-operatur ma jistax jikkonforma ma’ dawk il-valuri limitu minħabba interruzzjoni fil-forniment ta’ karburant ta’ kubrit baxx ikkawżat minn nuqqas serju.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deroga mogħtija skont l-ewwel subparagrafu, inkluż ir-raġunijiet li jiġġustifikaw id-deroga u l-kundizzjonijiet imposti.

Artikolu 30 6.

L-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga mill-obbligu ta’ konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet previsti fil-paragrafi 2 u 3 f’każijiet fejn impjant ta’ kombustjoni li juża biss karburant ta’ gass, f’każ eċċezzjonali, irid idur għall-użu ta’ karburanti oħra minħabba interruzzjoni f’daqqa fil-forniment tal-gass u għal din ir-raġuni jkollu bżonn ikun mgħammar b’faċilità ta’ purifikazzjoni ta’ gass ta’ skart. Il-perijodu li għalih tingħata deroga bħal din m’għandux jaqbeż l-10 ijiem ħlief fejn ikun hemm bżonn urġenti li jinżammu l-provvisti tal-enerġija.

L-operatur għandu minnufih jgħarraf lill-awtorità kompetenti b’kull każ speċifiku msemmi fl-ewwel subparagrafu

▼M1

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deroga mogħtija skont l-ewwel subparagrafu, inklużi r-raġunijiet li jiġġustifikaw id-deroga u l-kundizzjonijiet imposti.

▼B

Artikolu 30 7.
Meta impjant tal-kombustjoni jkun estiż, il-valuri limitu tal-emissjonijiet imniżżla fil-Parti 2 tal-Anness V għandhom japplikaw għall-Parti estiża tal-impjant affettwata minn din il-bidla u għandhom jiġu stabbiliti skont il-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant ta’ kombustjoni kollu. Fil-każ ta’ bidla magħmula lil impjant ta’ kombustjoni, li jista’ jkollha konsegwenzi fuq l-ambjent u li qed taffettwa parti tal-impjant b’kapaċità termali kklassifikata ta’ 50 MW jew aktar, il-valuri limitu tal-emissjonijiet kif stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness V għandhom japplikaw għall-parti tal-impjant li nbidlet fir-rigward tal-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant ta’ kombustjoni kollu.
Artikolu 30 8.

Il-valuri limitu tal-emissjonijiet imniżżla fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness V m’għandhomx japplikaw għall-impjanti ta’ kombustjoni li ġejjin:

(a) 

magni bid-diżil;

(b) 

bojlers ta’ rkupru fl-installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-polpa.

Artikolu 30 9.

Għall-impjanti ta’ kombustjoni li ġejjin, abbażi tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ħtieġa li jiġu stabbiliti valuri limitu tal-emissjonijiet madwar l-Unjoni u biex jiġu emendati l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness V għal:

(a) 

l-impjanti ta’ kombustjoni msemmijin fil-paragrafu 8;

(b) 

l-impjanti ta’ kombustjoni fir-raffineriji alimentati mir-residwi ta’ distillazzjoni u konverżjoni mir-raffinar ta’ żejt mhux raffinat għall-konsum tagħhom stess, waħdu jew ma’ karburanti oħrajn, b’kont meħud tal-ispeċifiċità tas-sistemi ta’ enerġija tar-raffineriji;

(c) 

l-impjanti ta’ kombustjoni alimentati minn gassijiet li mhumiex gass naturali;

(d) 

l-impjanti ta’ kombustjoni fl-installazzjonijiet kimiċi li jużaw residwi ta’ produzzjoni likwidi bħala karburant mhux kummerċjali għall-konsum proprju.

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2013, tirrapporta r-riżultati ta’ din ir-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjati, jekk adatt, bi proposta leġiżlattiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.