+Artikolu 31 Rata tat-tneħħija tal-kubrit
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.

Artikolu 31 Rata tat-tneħħija tal-kubrit

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.
Għall-impjanti ta’ kombustjoni alimentati b’karburant solidu indiġenu, li ma jistgħux jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, imsemmi fl-Artikolu 30(2) u (3) minħabba l-karatteristiċi ta’ dan il-karburant, l-Istati Membri jistgħu japplikaw minflok ir-rati minimi tat-tneħħija tal-kubrit stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness V, skont ir-regoli ta’ konformità stabbiliti fil-Parti 6 ta’ dak l-Anness u b’validazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tar-rapport tekniku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 72(4).
Artikolu 31 2.
Għal impjanti ta’ kombustjoni alimentati b’karburant solidu indiġenu, li qed jagħmlu ko-inċinerazzjoni tal-iskart, u li ma jistgħux jikkonformaw mal-valuri Cproc għad-dijossidu tal-kubrit stipulati fil-punti 3.1 jew 3.2 tal-Parti 4 tal-Anness VI minħabba fil-karatteristiċi tal-karburant solidu indiġenu, l-Istati Membri jistgħu, minflok, japplikaw ir-rati minimi tat-tneħħija tal-kubrit stipulati fil-Parti 5 tal-Anness V, skont ir-regoli ta’ konformità stabbiliti fil-Parti 6 ta’ dak l-Anness. Jekk l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw dan il-paragrafu, Cskart kif imsemmi fil-punt 1 tal-Parti 4 tal-Anness VI għandu jkun ugwali għal 0 mg/Nm3.
Artikolu 31 3.
Sal-31 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-possibbiltà tal-applikazzjoni tar-rati minimi ta’ tneħħija tal-kubrit stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness V, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari. l-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-benefiċċji miksuba minn emissjonijiet imnaqqsa ta’ dijossidu tal-kubrit.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.