L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjani nazzjonali transitorji tagħhom lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2013.
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-pjanijiet u, fejn il-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi l-pjan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis il-pjan tiegħu bħala wieħed li jkun ġie aċċettat.
Meta l-Kummissjoni tqis li l-pjan ma jkunx skont ir-regoli implimentattivi stabbiliti f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 41, hija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat li l-pjan tiegħu ma jistax jiġi aċċettat. Fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ verżjoni ġdida ta’ pjan li Stat Membru jikkomunika lill-Kummissjoni, il-perijodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jkun ta’ sitt xhur.