+Artikolu 32 Pjan Nazzjonali Transitorju
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 5.
---+Artikolu 32 6.

Artikolu 32 Pjan Nazzjonali Transitorju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1.

Matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sat-30 ta’ Ġunju 2020, l-Istati Membri jistgħu jfasslu u jimplimentaw pjan nazzjonali transitorju li jkopri impjanti ta’ kombustjoni li ngħataw l-ewwel permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operaturi tagħhom kienu ppreżentaw applikazzjoni kompluta għal permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li l-impjant ma bediex jopera aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003. Għal kull impjant ta’ kombustjoni kopert mill-pjan, il-pjan għandu jkopri emissjonijiet ta’ waħda jew aktar mis-sustanzi li jniġġsu li ġejjin: ossidi tan-nitroġenu, diossidu tal-kubrit u trab. Għat-turbini tal-gass, l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu biss għandhom ikunu koperti mill-pjan.

Il-pjan nazzjonali transitorju m’għandux jinkludi kwalunkwe mill-impjanti ta’ kombustjoni li ġejjin:

(a) 

dawk li għalihom japplika l-Artikolu 33(1);

(b) 

dawk f’raffineriji alimentati minn gassijiet kalorifiċi baxxi mill-gassifikazzjoni ta’ residwi ta’ raffineriji jew ir-residwi ta’ distillazzjoni u konverżjoni mir-raffinar ta’ żejt mhux raffinat għall-konsum tagħhom stess, waħdu jew ma’ karburanti oħrajn;

(c) 

dawk li għalihom japplika l-Artikolu 35;

(d) 

dawk li jingħataw eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE.

Artikolu 32 2.

L-impjanti ta’ kombustjoni koperti mill-pjan jistgħu jiġu eżentati mill-konformità mal-valuri għal-limitu ta’ emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 30(2) għas-sustanzi li jniġġsu li huma suġġetti għall-pjan jew, fejn applikabbli, mar-rati tat-tneħħija tal-kubrit imsemmijin fl-Artikolu 31.

Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u trab imniżżlin fil-permess tal-impjant ta’ kombustjoni applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2015, skont b’mod partikolari r-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/80/KE u 2008/1/KE, għandhom mill-inqas jinżammu.

L-impjanti ta’ kombustjoni b’input termiku kkwalifikat totali ta’ aktar minn 500 MW alimentati minn karburanti solidi, li ngħataw l-ewwel permess wara l-1 ta’ Lulju 1987, għandhom jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-ossidi tan-nitroġenu stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V.

Artikolu 32 3.

Għal kull waħda mis-sustanzi li jniġġsu li huwa jkopri, il-pjan nazzjonali transitorju għandu jistabbilixxi limitu li jiddefinixxi l-emissjonijiet totali massimi ta’ kull sena għall-impjanti kollha koperti mill-pjan abbażi tal-input termali kkwotat totali ta’ kull impjant fil-31 ta’ Diċembru 2010, is-sigħat tiegħu ta’ tħaddim annwali attwali u l-użu tiegħu ta’ karburant, bil-medja tal-aħħar għaxar snin ta’ tħaddim sal-2010 u inkluża l-2010.

Il-limitu għas-sena 2016 għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-valuri limitu ta’ emissjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Annessi III sa VII għad-Direttiva 2001/80/KE jew, fejn applikabbli, abbażi tar-rati tat-tneħħija tal-kubrit stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 2001/80/KE. Fil-każ tat-turbini tal-gass, għandhom jintużaw il-valuri limitu ta’ emissjonijiet għall-ossidi tan-nitroġenu stabbiliti għal impjanti bħal dawn fil-Parti B tal-Anness VI għad-Direttiva 2001/80/KE. Il-limiti għas-snin 2019 u 2020 għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-valuri limitu ta’ emissjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V għal din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, ir-rati tat-tneħħija tal-kubrit rilevanti stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness V għal din id-Direttiva. Il-limiti għas-snin 2017 u 2018 għandhom jiġu stabbiliti b’mod li jipprovdu tnaqqis lineari tal-limiti bejn l-2016 u l-2019.

Fejn impjant inkluż fil-pjan nazzjonali transitorju jingħalaq jew ma jaqax aktar fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu III, dan m’għandux jirriżulta f’żieda f’emissjonijiet totali annwali mill-impjanti li jifdal koperti mill-pjan.

Artikolu 32 4.
Il-pjan nazzjonali transitorju għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar li jikkonformaw mar-regoli implimentattivi stabbiliti skont il-punt (b) tal-Artikolu 41, kif ukoll il-miżuri previsti għal kull wieħed mill-impjanti sabiex tiġi żgurata konformità f’waqtha mal-valuri limitu tal-emissjonijiet li ser japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2020.
Artikolu 32 5.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjani nazzjonali transitorji tagħhom lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-pjanijiet u, fejn il-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi l-pjan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis il-pjan tiegħu bħala wieħed li jkun ġie aċċettat.

Meta l-Kummissjoni tqis li l-pjan ma jkunx skont ir-regoli implimentattivi stabbiliti f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 41, hija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat li l-pjan tiegħu ma jistax jiġi aċċettat. Fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ verżjoni ġdida ta’ pjan li Stat Membru jikkomunika lill-Kummissjoni, il-perijodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jkun ta’ sitt xhur.

Artikolu 32 6.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti għall-pjan.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.