+Artikolu 33 1.

Artikolu 33 1.

Matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-impjanti ta’ kombustjoni jistgħu jiġu eżentati mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 30(2) u mar-rati tat-tneħħija tal-kubrit imsemmijin fl-Artikolu 31, fejn applikabbli, u mill-inklużjoni tagħhom fil-pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-operatur tal-impjant ta’ kombustjoni jimpenja ruħu, f’dikjarazzjoni bil-miktub ippreżentata sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014 lill-awtorità kompetenti, li ma jħaddimx l-impjant għal aktar minn 17 500 siegħa ta’ tħaddim, li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2016 u jispiċċaw mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023;

(b) 

kull sena l-operatur huwa meħtieġ jippreżenta lill-awtorità kompetenti reġistru tal-għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim mill-1 ta’ Jannar 2016;

(c) 

il-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u trab imniżżlin fil-permess tal-impjant ta’ kombustjoni applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2015, skont b’mod partikolari r-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/80/KE u 2008/1/KE, għandhom mill-inqas jinżammu matul il-ħajja operattiva li jkun għad fadal tal-impjant ta’ kombustjoni. L-impjanti ta’ kombustjoni b’input termiku kkwalifikat totali ta’ aktar minn 500 MW alimentati minn karburanti solidi, li ngħataw l-ewwel permess wara l-1 ta’ Lulju 1987, għandhom jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-ossidi tan-nitroġenu stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V; u

(d) 

l-impjant ta’ kombustjoni ma ngħatax eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.