+Artikolu 33 Deroga għal tul ta’ ħajja limitat
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
|
Artikolu 33 Deroga għal tul ta’ ħajja limitat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
Matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-impjanti ta’ kombustjoni jistgħu jiġu eżentati mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 30(2) u mar-rati tat-tneħħija tal-kubrit imsemmijin fl-Artikolu 31, fejn applikabbli, u mill-inklużjoni tagħhom fil-pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-operatur tal-impjant ta’ kombustjoni jimpenja ruħu, f’dikjarazzjoni bil-miktub ippreżentata sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014 lill-awtorità kompetenti, li ma jħaddimx l-impjant għal aktar minn 17 500 siegħa ta’ tħaddim, li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2016 u jispiċċaw mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023;
(b)
kull sena l-operatur huwa meħtieġ jippreżenta lill-awtorità kompetenti reġistru tal-għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim mill-1 ta’ Jannar 2016;
(c)
il-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u trab imniżżlin fil-permess tal-impjant ta’ kombustjoni applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2015, skont b’mod partikolari r-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/80/KE u 2008/1/KE, għandhom mill-inqas jinżammu matul il-ħajja operattiva li jkun għad fadal tal-impjant ta’ kombustjoni. L-impjanti ta’ kombustjoni b’input termiku kkwalifikat totali ta’ aktar minn 500 MW alimentati minn karburanti solidi, li ngħataw l-ewwel permess wara l-1 ta’ Lulju 1987, għandhom jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-ossidi tan-nitroġenu stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V; u
(d)
l-impjant ta’ kombustjoni ma ngħatax eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE.
|
|
Artikolu 33 2.
|
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2016, kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni lista ta’ kwalunkwe impjant ta’ kombustjoni li għalih japplika l-paragrafu 1, inkluż il-kapaċità termali kklassifikat totali tiegħu, it-tipi ta’ karburanti użati u l-valuri limitu tal-emissjonijiet applikabbli għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidu tan-nitroġenu u trab. Għal impjanti suġġetti għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kull sena lill-Kummissjoni reġistru tal-għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim mill-1 ta’ Jannar 2016.
|
|
Artikolu 33 3.
|
Fil-każ ta’ impjant ta’ kombustjoni, li fis-6 ta’ Jannar 2011, kien parti minn sistema iżolata żgħira u li f’dik id-data kien jammonta għal ta’ mill-inqas 35 % tal-provvista tal-elettriku f’dik is-sistema, li minħabba l-karatteristiċi tekniċi tiegħu ma jistax jikkonforma mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fil-Artikolu 30(2), l-għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun ta’ 18 000 , li jibda mill-1 ta’ Jannar 2020 u li jispiċċa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023, u d-data msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun l-1 ta’ Jannar 2020.
|
|
Artikolu 33 4.
|
Fil-każ ta’ impjant ta’ kombustjoni b’input termiku kkwalifikat totali ta’ aktar minn 1 500 MW li beda jitħaddem qabel il-31 ta’ Diċembru 1986 u alimentat minn karburant solidu indiġenu b’valur kalorifiku nett ta’ inqas minn 5 800 kJ/kg, b’kontenut kalorifiku nett ogħla minn 45 % bil-piż, b’kontenut ikkombinat ta’ rtuba u rmied ogħla minn 60 % bil-piż u kontenut tal-ossidu tal-kalċju fl-irmied akbar minn 10 %, l-għadd ta’ siegħat ta’ tħaddim imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 32 000 .
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|