+Artikolu 34a Impjanti ta’ kombustjoni li huma parti minn sistema iżolata żgħira
---+Artikolu 34a 1.
---+Artikolu 34a 2.
---+Artikolu 34a 3.
---+Artikolu 34a 4.
---+Artikolu 34a 5.
---+Artikolu 34a 6.

Artikolu 34a Impjanti ta’ kombustjoni li huma parti minn sistema iżolata żgħira

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34a 1.
L-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 2029, jeżentaw l-impjanti ta’ kombustjoni li huma parti minn sistema iżolata żgħira fl-4 ta’ Awwissu 2024, mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30(2) u fl-Artikolu 15(3) għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab jew, meta applikabbli, mar-rati tat-tneħħija tal-kubrit imsemmija fl-Artikolu 31. Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab imniżżla fil-permess għal tali impjanti ta’ kombustjoni, skont ir-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/80/KE u 2008/1/KE, għandhom tal-anqas jinżammu.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-emissjonijiet jiġu mmonitorjati u li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw installazzjonijiet mill-valuri limitu tal-emissjonijiet biss meta jkunu ġew eżawriti l-miżuri kollha li jirriżultaw f’anqas tniġġis. L-eżenzjoni ma għandhiex issir għal perjodu itwal milli hu meħtieġ.

Artikolu 34a 2.
Mill-1 ta’ Jannar 2030, l-impjanti ta’ kombustjoni kkonċernati għandhom jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab stipulati fl-Anness V, il-Parti 2, u mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(3) għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab.
Artikolu 34a 3.
L-Istati Membri li jipprovdu eżenzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jimplimentaw pjan ta’ konformità li jkopri l-impjanti ta’ kombustjoni li jibbenefikaw minn tali eżenzjonijiet. Il-pjan ta’ konformità għandu jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri biex jiżgura l-konformità tal-impjanti kkonċernati sal-31 ta’ Diċembru 2029 mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-dijossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab stipulati fl-Anness V, il-Parti 2, u mal-valuri limitu tal-emissjonijiet fl-Artikolu 15(3) għad-dijossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab. Il-pjan ta’ konformità għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar miżuri biex jiġu mminimizzati d-daqs u t-tul ta’ żmien tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul il-perjodu kopert mill-pjan u informazzjoni dwar miżuri għall-ġestjoni tad-domanda u l-possibbiltajiet tal-qlib għal fjuwil aktar nadif jew alternattivi aktar nodfa bħall-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u interkonnessjoni mal-grilji kontinentali.
Artikolu 34a 4.
Mhux aktar tard mill-5 ta’ Frar 2025, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-Pjan ta’ Konformità tagħhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-pjanijiet u, meta l-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi l-pjan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis il-pjan tiegħu bħala aċċettat. Meta l-Kummissjoni tqajjem oġġezzjonijiet għar-raġuni li l-pjan ma jiggarantixxix il-konformità tal-impjanti kkonċernati sal-31 ta’ Diċembru 2029 jew ma jimminimizzax id-daqs u t-tul ta’ żmien tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul il-perjodu kopert mill-pjan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni pjan rivedut fi żmien sitt xhur min-notifika tal-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni. Fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ verżjoni riveduta ta’ pjan li Stat Membru jikkomunika lill-Kummissjoni, il-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni sentenza għandu jkun ta’ sitt xhur.
Artikolu 34a 5.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-azzjonijiet deskritti fil-pjan ta’ konformità sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Frar 2026, u fl-aħħar ta’ kull sena kalendarja sussegwenti. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla sussegwenti fil-pjan ta’ konformità. Fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ verżjoni riveduta ta’ pjan li Stat Membru jikkomunika lill-Kummissjoni, il-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni sentenza tal-paragrafu 4 għandu jkun ta’ sitt xhur.
Artikolu 34a 6.
L-Istat Membru għandu jagħmel l-informazzjoni dwar id-deroga u l-kundizzjonijiet imposti disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-Artikolu 24(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.