+Artikolu 35 Impjanti tat-tisħin distrettwali
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.

Artikolu 35 Impjanti tat-tisħin distrettwali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1.

Sal-31 ta’ Diċembru 2022, impjant ta’ kombustjoni jista’ jiġi eżentat mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 30(2) u r-rati tat-tneħħija tal-kubrit imsemmijin fl-Artikolu 31 bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-input termali kklassifikat totali tal-impjant ta’ kombustjoni ma jaqbiżx il-200 MW;

(b) 

l-impjant kien ingħata l-ewwel permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operatur ta’ dak l-impjant kien ippreżenta applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li l-impjant beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003;

(c) 

mill-inqas 50 % tal-produzzjoni tas-sħana utli tal-impjant, bħala medja attwali matul perijodu ta’ ħames snin, titwassal fil-forma ta’ fwar jew misħun lil netwerk pubbliku għat-tisħin distrettwali; u

(d) 

il-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidu tan-nitroġenu u trab imniżżlin fil-permess tiegħu applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2015, skont b’mod partikolari r-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/80/KE u2008/1/KE, jinżammu mill-inqas sal-31 ta’ Diċembru 2022.

Artikolu 35 2.
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2016, kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni lista ta’ kwalunkwe impjant ta’ kombustjoni li għalih japplika l-paragrafu 1, inkluż il-kapaċità termali kklassifikat totali tiegħu, it-tipi ta’ karburanti użati u l-valuri limitu tal-emissjonijiet applikabbli għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidu tan-nitroġenu u trab. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom, għal kwalunkwe impjant ta’ kombustjoni li għalih japplika l-paragrafu 1 u matul il-perijodu msemmi f’dak il-paragrafu, jinforma lill-Kummissjoni annwalment dwar il-proporzjon ta’ produzzjoni ta’ sħana utli ta’ kull impjant li titwassal fil-forma ta’ fwar jew misħun lil netwerk pubbliku għat-tisħin distrettwali, espress bħala medja rikorrenti matul il-ħames snin preċedenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.