|
+Artikolu 35 1. |
Artikolu 35 1.Sal-31 ta’ Diċembru 2022, impjant ta’ kombustjoni jista’ jiġi eżentat mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 30(2) u r-rati tat-tneħħija tal-kubrit imsemmijin fl-Artikolu 31 bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-input termali kklassifikat totali tal-impjant ta’ kombustjoni ma jaqbiżx il-200 MW;
(b)
l-impjant kien ingħata l-ewwel permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 jew li l-operatur ta’ dak l-impjant kien ippreżenta applikazzjoni kompluta għall-permess qabel dik id-data, bil-kondizzjoni li l-impjant beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003;
(c)
mill-inqas 50 % tal-produzzjoni tas-sħana utli tal-impjant, bħala medja attwali matul perijodu ta’ ħames snin, titwassal fil-forma ta’ fwar jew misħun lil netwerk pubbliku għat-tisħin distrettwali; u
(d)
il-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidu tan-nitroġenu u trab imniżżlin fil-permess tiegħu applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2015, skont b’mod partikolari r-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/80/KE u2008/1/KE, jinżammu mill-inqas sal-31 ta’ Diċembru 2022. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|