+Artikolu 40 Impjanti ta’ kombustjoni multi-karburant
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
|
Artikolu 40 Impjanti ta’ kombustjoni multi-karburant
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 40 1.
|
Fil-każ ta’ impjant ta’ kombustjoni multi-karburant li jinvolvi l-użu simultanju ta’ żewġ karburanti jew iktar, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-valuri limitu tal-emissjonijiet skont il-passi li ġejjin:
(a)
billi jittieħed il-valur limitu tal-emissjonijiet rilevanti għal kull karburant u sustanza li tniġġes individwali li jikkorrispondi għall-kapaċità termali kkwalifikata totali tal-impjant ta’ kombustjoni sħiħ kif stabbilit fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness V;
(b)
billi jiġu ddeterminati l-valuri limitu tal-emissjonijiet skont il-karburant, li jinkisbu bil-multiplikazzjoni tal-valuri limitu tal-emissjonijiet individwali msemmija fil-punt (a) bl-input termiku mogħti minn kull karburant, bir-riżultat tal-multiplikazzjoni jkun diviż bis-somma tal-inputs termiċi mogħtija mill-karburanti kollha;
(c)
billi jiġu aggregati l-valuri limitu tal-emissjonijiet b’koeffiċjent korrettiv skont il-karburant.
|
|
Artikolu 40 2.
|
Fil-każ tal-impjanti ta’ kombustjoni multi-karburant koperti bl-Artikolu 30(2), li jużaw ir-residwi ta’ distillazzjoni u konverżjoni mir-raffinar ta’ żejt mhux raffinat għall-konsum tagħhom stess, waħdu jew ma’ karburanti oħrajn, jistgħu jiġu applikati l-valuri limitu tal-emissjonijiet li ġejjin minflok il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti skont il-paragrafu 1:
(a)
fejn, matul it-tħaddim tal-impjant ta’ kombustjoni, il-proporzjon ikkontribwit mill-karburant determinanti lis-somma tal-inputs termiċi mogħtija mill-karburanti kollha hija ta’ 50 % jew aktar, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V għall-karburant determinanti;
(b)
fejn il-proporzjon ikkontribwit mill-karburant determinanti lis-somma tal-inputs termiċi mogħtija mill-karburanti kollha hija anqas minn 50 %, il-valur limitu tal-emissjonijiet iddeterminat skont il-passi li ġejjin:
(i)
billi jittieħdu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V għal kull karburant użat, korrispondenti għall-input termiku kkwalifikat totali tal-impjant ta’ kombustjoni;
(ii)
billi jiġi kkalkulat il-valur limitu tal-emissjonijiet tal-karburanti determinanti billi timmultiplika l-valur limitu tal-emissjonijiet, iddeterminat għal dak il-karburant skont il-punt (i), b’fattur ta’ tnejn, u tnaqqas minn dan il-prodott il-valur limitu tal-emissjonijiet tal-karburant użat li għandu l-anqas valur limitu tal-emissjonijiet kif stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness V, korrispondenti għall-input termiku kkwalifikat totali tal-impjant ta’ kombustjoni;
(iii)
billi jiġi determinat il-valur limitu tal-emissjonijiet skont il-karburant għal kull karburant użat billi timmultiplika l-valur limitu tal-emissjonijiet iddeterminat taħt il-punti (i) u (ii) bl-input termali tal-karburant ikkonċernat u billi tiddiviedi l-prodott ta’ din il-multiplikazzjoni bis-somma tal-inputs termiċi mogħtija mill-karburanti kollha;
(iv)
billi jiġu aggregati l-valuri tal-limiti ta’ emissjonijiet skont il-karburant iddeterminati taħt il-punt (iii).
|
|
Artikolu 40 3.
|
Fil-każ tal-impjanti ta’ kombustjoni multi-karburant koperti bl-Artikolu 30(2), li qed jużaw ir-residwi ta’ distillazzjoni u konverżjoni mir-raffinar ta’ żejt mhux raffinat għall-konsum tagħhom stess, waħdu jew ma’ karburanti oħrajn, jistgħu jiġu applikati l-valuri limitu medji tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit stabbiliti fil-Parti 7 tal-Anness V minflok il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti skont il-paragrafi 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|