Siti tal-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew koinċinerazzjoni tal-iskart, inklużi ż-żoni ta’ ħżin assoċjati għall-iskart, għandhom jitfasslu u jitħaddmu b’tali mod biex jevitaw kull rilaxx mhux awtorizzat jew aċċidentali ta’ sustanzi li jniġġsu fil-ħamrija, fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art.
Għandha tkun ipprovduta kapaċità ta’ ħażna għall-ilma tax-xita ġieri kontaminat li jiskarika minn siti ta’ impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew koinċinerazzjoni tal-iskart jew għall-ilma kontaminat li jiskarika mit-tixrid jew mill-operazzjonijiet tat-tifi tan-nar. Il-kapacità ta’ ħżin għandha tkun adegwata sabiex tiżgura li dan l-ilma jista’ jiġi eżaminat u ttrattat qabel ma jiġi skarikat fejn ikun meħtieġ.