+Artikolu 46 Kontroll tal-emissjonijiet
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.
---+Artikolu 46 6.

Artikolu 46 Kontroll tal-emissjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1.
Il-gassijiet ta’ skart minn impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart jew impjanti ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart għandhom jiġu mormija b’mod kontrollat permezz ta’ ċumnija b’tul li huwa kkalkulat b’tali mod li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.
Artikolu 46 2.

L-emissjonijiet fl-arja minn impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart m’għandhomx jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-partijiet 3 u 4 tal-Anness VI jew determinati skont il-Parti 4 ta’ dak l-Anness.

Jekk f’impjant ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart jirriżulta li iżjed minn 40 % tal-ħelsien tas-sħana riżultanti jiġi minn skart perikoluż, jew l-impjant jikkoinċinera skart muniċipali mħallat mhux ittrattat, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness VI għandhom japplikaw.

Artikolu 46 3.
Skariki fl-ambjent akkwatiku, ta’ dranaġġ li jirriżulta mit-tindif tal-gassijiet tal-iskart għandu jiġi llimitat, sa fejn prattikabbli u l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu m’għandhomx jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness VI.
Artikolu 46 4.

Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għandhom ikunu applikabbli fiż-żmien meta d-dranaġġ li jiġi mit-tindif tal-gassijiet tal-iskart huma skarikati mill-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew l-impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart.

Meta d-dranaġġ li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta’ skart huwa ttrattat barra mill-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart f’impjant tat-trattament maħsub biss għat-trattament ta’ dan it-tip ta’ dranaġġ, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 5 tal-AnnessVI għandhom jiġu applikati fil-punt fejn id-dranaġġ joħroġ mill-impjant tat-trattament. Meta d-dranaġġ li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta’ skart jiġi ttrattat kollettivament ma’ sorsi oħra ta’ dranaġġ, fil-post jew le, l-operatur għandu jagħmel il-kalkoli tal-bilanċ tal-massa xierqa, ►C1  billi juża r-riżultati tal-kejl stabbiliti fil-punt 3 tal-Parti 6 tal-Anness VI sabiex jistabbilixxi l-livelli tal-emissjonijiet fl-aħħar skariku tad-dranaġġ ◄ li jistgħu jiġu attribwiti lid-dranaġġ li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta’ skart.

Taħt l-ebda ċirkostanzi m’għandu jkun hemm dilwizzjoni ta’ dranaġġ għar-raġunijiet ta’ konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness VI.

Artikolu 46 5.

Siti tal-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew koinċinerazzjoni tal-iskart, inklużi ż-żoni ta’ ħżin assoċjati għall-iskart, għandhom jitfasslu u jitħaddmu b’tali mod biex jevitaw kull rilaxx mhux awtorizzat jew aċċidentali ta’ sustanzi li jniġġsu fil-ħamrija, fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art.

Għandha tkun ipprovduta kapaċità ta’ ħażna għall-ilma tax-xita ġieri kontaminat li jiskarika minn siti ta’ impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew koinċinerazzjoni tal-iskart jew għall-ilma kontaminat li jiskarika mit-tixrid jew mill-operazzjonijiet tat-tifi tan-nar. Il-kapacità ta’ ħżin għandha tkun adegwata sabiex tiżgura li dan l-ilma jista’ jiġi eżaminat u ttrattat qabel ma jiġi skarikat fejn ikun meħtieġ.

Artikolu 46 6.

Mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-Artikolu 50(4), l-impjant ta’ inċinerazzjoni tal-iskart jew koinċinerazzjoni tal-iskart jew fran individwali li jkunu Parti minn impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart m’għandhomx taħt l-ebda ċirkostanza jkomplu jinċeneraw l-iskart għall-perijodu ta’ iktar minn erbgħa sigħat mingħajr interruzzjoni fejn il-valuri limitu tal-emissjonijiet jinqabżu.

Id-dewmien kumulattiv tat-tħaddim taħt dawn il-kondizzjonijiet f’temp ta’ sena m’għandux jaqbeż is-60 siegħa.

Il-limitu ta’ żmien stabbilit fit-tieni subparagrafu għandu japplika għal dawk il-fran li huma konnessi mal-apparat uniku tat-tindif tal-gass ta’ skart taċ-ċumnija.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.