Mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-Artikolu 50(4), l-impjant ta’ inċinerazzjoni tal-iskart jew koinċinerazzjoni tal-iskart jew fran individwali li jkunu Parti minn impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart m’għandhomx taħt l-ebda ċirkostanza jkomplu jinċeneraw l-iskart għall-perijodu ta’ iktar minn erbgħa sigħat mingħajr interruzzjoni fejn il-valuri limitu tal-emissjonijiet jinqabżu.
Id-dewmien kumulattiv tat-tħaddim taħt dawn il-kondizzjonijiet f’temp ta’ sena m’għandux jaqbeż is-60 siegħa.
Il-limitu ta’ żmien stabbilit fit-tieni subparagrafu għandu japplika għal dawk il-fran li huma konnessi mal-apparat uniku tat-tindif tal-gass ta’ skart taċ-ċumnija.