+Artikolu 48 Monitoraġġ tal-emissjonijiet
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
|
Artikolu 48 Monitoraġġ tal-emissjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ tal-emissjonijiet f’konformità mal-Anness VI, il-Partijiet 6 u 7. L-emissjonijiet fl-arja mill-impjanti tal-inċinerazzjoni u tal-koinċinerazzjoni tal-iskart għandhom ukoll jiġu mmonitorjati matul kundizzjonijiet ta’ tħaddim mhux normali. L-emissjonijiet matul il-bidu u l-għeluq filwaqt li ma jkun qed jiġi inċinerat l-ebda skart, inklużi l-emissjonijiet ta’ PCDD/F u ta’ PCBs simili għad-diossini, għandhom jiġu stmati abbażi ta’ kampanji ta’ kejl, imwettqa f’intervalli regolari, bħal kull tliet snin, imwettqa matul l-operazzjonijiet ippjanati tal-bidu jew tal-għeluq. L-emissjonijiet ta’ PCDD/F u ta’ PCBs simili għad-diossini għandhom kemm jista’ jkun jiġu evitati jew minimizzati.
|
|
Artikolu 48 2.
|
L-installazzjoni u l-funzjonament tas-sistemi awtomatizzati għall-kejl għandhom ikunu suġġetti għal kontroll u għal testijiet ta’ kull sena tas-sorveljanza kif stabbilit fil-punt 1 tal-Parti 6 tal-Anness VI.
|
|
Artikolu 48 3.
|
L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina fejn jitqiegħdu l-punti ta’ kampjunament jew ta’ kejl li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet.
|
|
Artikolu 48 4.
|
Ir-riżultati kollha tal-monitoraġġ għandhom ikunu rreġistrati, ipproċessati u ppreżentati b’ tali mod li l-awtorità tkun tista’ tivverifika l-qbil mal-kondizzjonijiet tal-ħidma u mal-valuri limitu tal-emissjonijiet li huma inklużi fil-permess.
|
|
Artikolu 48 5.
|
Hekk kif tkun disponibbli fl-Unjoni t-teknika adatta għall-kejl, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati b’konformità mal-Artikolu 76 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 77 u 78, tistabbilixxi d-data minn meta għandu jitwettaq il-kejl tal-emissjonijiet fl-arja ta’ metalli tqal, diossini u furani.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|