+Artikolu 50 Kondizzjonijiet tat-tħaddim
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.
---+Artikolu 50 5.
---+Artikolu 50 6.
---+Artikolu 50 7.

Artikolu 50 Kondizzjonijiet tat-tħaddim

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.
L-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart għandhom jitħaddmu b’tali mod li jinkiseb livell tal-inċinerazzjoni biex il-kontenut tal-karbonju organiku totali tal-gagazza u tal-irmied ta’ taħt ikun inqas minn 3 % jew it-telf tagħhom meta jitqabbdu bin-nar huwa inqas minn 5 % tal-piż tal-materjal niexef. Jekk huwa neċessarju, għandhom jiġu użati metodi tekniċi ta’ trattamenti minn qabel tal-iskart.
Artikolu 50 2.

L-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart għandhom ikunu mfassla, mgħammra, mibnija u mħaddma b’tali mod li l-gass li jirriżulta mill-inċinerazzjoni tal-iskart jittella’, wara l-aħħar injezzjoni ta’ arja tal-kombustjoni, b’mod kontrollat u omoġenju u anke taħt l-iżjed kondizzjonijiet sfavorevoli, għal temperatura ta’ mill-inqas 850 °C għal mill-inqas żewġ sekondi.

L-impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart għandhom jitfasslu, jiġu mgħammra, jinbnew, u jiġu mħaddma b’tali mod li l-gass li jirriżulta mill-koinċinerazzjoni tal-iskart jittella’, b’mod kontrollat u omoġenju u anke taħt l-iżjed kondizzjonijiet sfavorevoli, għal temperatura ta’ mill-inqas 850 °C għal mill-inqas żewġ sekondi.

Jekk skart perikoluż b’kontenut ta’ iżjed minn 1 % ta’ sustanzi aloġenati organiċi, espressi bħala klorin, jiġi inċinerat jew koinċinerat, it-temperatura meħtieġa għall-konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafi għandha tkun ta’ mill-inqas 1 100  °C.

F’impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart, it-temperaturi stabbiliti fl-ewwel u t-tielet subparagrafi għandhom jitkejlu qrib tal-ħajt ta’ ġewwa tal-kamra tal-kombustjoni. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-kejl f’punt rappreżentattiv ieħor tal-kamra tal-kombustjoni.

Artikolu 50 3.

Kull kamra tal-kombustjoni tal-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart għandha tkun mgħammra mill-inqas b’berner awżiljarju wieħed. Dan il-berner għandu jixtegħel awtomatikament meta t-temperatura tal-gassijiet kombustibbli, wara l-aħħar injezzjoni ta’ arja kombustibbli, taqa’ taħt it-temperaturi stabbiliti fil-paragrafu 2. Dan jiġi użat ukoll waqt l-operazzjonijiet ta’ bidu tat-tħaddim u ta’ tifi tal-impjant sabiex jiġi żgurat li dawk it-temperaturi jinżammu il-ħin kollu matul dawn l-operazzjonijiet u sakemm hemm skart mhux maħruq fil-kamra tal-kombustjoni.

M’għandhomx jingħataw karburanti lill-berner awżiljarju, li jistgħu jikkawżaw emissjonijiet ogħla minn dawk li jirriżultaw mill-ħruq taż-żejt tal-gass kif imniżżel fil-punt(2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KEE tas-26 ta’ April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi ( 19 ), gass likwidu jew gass naturali.

Artikolu 50 4.

L-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u l-impjanti ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart għandhom joperaw sistema awtomatika li tipprevjeni l-iskart li jidħol f’dawn is-sitwazjonijiet li ġejjin:

(a) 

fil-bidu tat-tħaddim, sakemm jilħqu t-temperatura stabbilit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew it-temperatura speċifikata skont l-Artikolu 51(1);

(b) 

kull meta ma tinżammx it-temperatura stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew it-temperatura speċifikata skont l-Artikolu 51(1);

(c) 

kull meta l-miżuri kontinwi juru li xi valur limitu tal-emissjonijiet inqabeż minħabba disturbi jew nuqqasijiet tal-mezzi ta’ tindif tal-gass ta’ skart.

Artikolu 50 5.
Kwalunkwe tip ta’ sħana ġġenerata mill-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjanti tal- koinċinerazzjoni tal-iskart għandha tiġi rkuprata sa fejn ikun prattikabbli.
Artikolu 50 6.
L-iskart kliniku infettiv għandu jitpoġġa direttament fil-fran, mingħajr ma jiġi mħallat ma’ kategoriji oħra ta’ skart u mingħajr manipulazzjoni diretta.
Artikolu 50 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart u koinċinerazzjoni tal-iskart tkun operata minn persuna fiżika li hija kompetenti li tamministra l-impjant.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.