+Artikolu 52 Kunsinna u riċeviment tal-iskart
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 52 4.
---+Artikolu 52 5.
|
Artikolu 52 Kunsinna u riċeviment tal-iskart
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 52 1.
|
L-operatur tal-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew tal- koinċinerazzjoni tal-iskart għandu jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji li jikkonċernaw il-kunsinna u r-riċeviment tal-iskart sabiex jipprevjeni jew jillimita sa fejn hu prattikabbli t-tniġġis tal-arja, tal-ħamrija, tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art, kif ukoll effetti negattivi oħra fuq l-ambjent, l-irwejjaħ u l-istorbju, u r-riskji diretti għas-saħħa tal-bniedem.
|
|
Artikolu 52 2.
|
Qabel jiġi aċċettat l-iskart fl-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew l-impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart jiġi aċċettat, l-operatur għandu jistabbilixxi l-massa ta’ kull tip ta’ skart jekk possibbli skont il-lista Ewropea tal-Iskart stabbilita mid-Deċiżjoni 2000/532/KE.
|
|
Artikolu 52 3.
|
Qabel skart perikoluż jiġi aċċettat fl-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew l-impjant tal- koinċinerazzjoni tal-iskart, l-operatur għandu jiġbor informazjoni dwar l-iskart bil-għan li jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 45(2).
Dik l-informazzjoni għandha tkopri dan li ġej:
(a)
l-informazzjoni amministrattiva kollha dwar il-proċess tal-ġenerazzjoni li tinsab fid-dokumenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4;
(b)
il-kompożizzjoni fiżika u sa fejn huwa prattikabbli, il-kompożizzjoni kimika tal-iskart u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi evalwat kemm ikun tajjeb għall-proċess maħsub tal-inċinerazzjoni:
(c)
il-karatteristiċi perikolużi tal-iskart, is-sustanzi perikolużi li magħhom ma jistax jitħallat, u l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu fl-immaniġġjar tal-iskart.
|
|
Artikolu 52 4.
|
Qabel l-iskart perikoluż jiġi aċċettat fl-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew l-impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart, l-operatur għandu jwettaq, mill-inqas, il-proċeduri li ġejjin:
(a)
il-kontroll tad-dokumenti meħtieġa mid-Direttiva 2008/98/KE u, fejn applikabbli, dawk meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (
20
) u mil-leġiżlazzjoni dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi;
(b)
it-teħid ta’ kampjuni rappreżentattivi, sakemm dan ma jkunx inopportun kemm jista’ jkun qabel l-iżbark, biex tiġi vverifikata l-konformità mal-informazzjoni prevista fil-paragrafu 3 permezz tat-twettiq ta’ kontrolli u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura tal-iskart ittrattat.
Il-kampjuni msemmija fil-punt (b) għandhom jinżammu mill-inqas xahar wara l-inċinerazzjoni jew koinċinerazzjoni tal-iskart ikkonċernat.
|
|
Artikolu 52 5.
|
L-awtorità kompetenti tista’ tagħti eżenzjonijiet mill-paragrafi 2, 3 u 4 lill-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew l-impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart li huma parti minn installazzjoni koperta mill-Kapitolu II u li jinċineraw jew jikkoinċineraw biss skart iġġenerat f’dik l-installazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|