+Artikolu 70d Obbligi tal-operatur
---+Artikolu 70d 1.
---+Artikolu 70d 2.
---+Artikolu 70d 3.
|
Artikolu 70d Obbligi tal-operatur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 70d 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur iwettaq monitoraġġ tal-emissjonijiet u tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati f’konformità mal-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 70i. Id-data ta’ monitoraġġ għandha tinkiseb permezz ta’ metodi ta’ kejl jew, meta dan mhuwiex prattiku, permezz ta’ metodi ta’ kalkoli bħall-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni. Il-metodi użati biex tinkiseb id-data ta’ monitoraġġ għandhom jiġu deskritti fir-regoli operattivi. L-operatur għandu jżomm rekord ta’, u jipproċessa, ir-riżultati kollha tal-monitoraġġ, għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin, b’tali mod li tkun tista’ ssir il-verifika tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet u mal-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti fir-regoli operattivi.
|
|
Artikolu 70d 2.
|
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet u mal-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti fil-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 70i, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jerġa’ jkun hemm il-konformità fl-iqsar żmien possibbli.
|
|
Artikolu 70d 3.
|
L-operatur għandu jiżgura li kwalunkwe ġestjoni tad-demel inkluż tixrid fuq l-art ta’ skart, prodotti sekondarji tal-annimali jew residwi oħra ġġenerati mill-installazzjoni jitwettaq f’konformità mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, kif speċifikat fir-regoli operattivi, u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni u li ma tikkawżax tniġġis sinifikanti tal-ambjent.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|