+Artikolu 70f Nuqqas ta’ konformità
---+Artikolu 70f 1.
---+Artikolu 70f 2.
---+Artikolu 70f 3.
|
Artikolu 70f Nuqqas ta’ konformità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 70f 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valuri għall-emissjonijiet u l-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali jkunu mmonitorjati f’konformità mal-kundizzjonijiet uniformi għar-regoli operattivi msemmija fl-Artikolu 70i u ma jaqbżux il-valuri limitu tal-emissjonijiet u l-valuri limitu tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti fihom.
|
|
Artikolu 70f 2.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ monitoraġġ tal-konformità effikaċi, ibbażata fuq spezzjonijiet ambjentali jew miżuri oħra, biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 70f 3.
|
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tirrikjedi li l-operatur jieħu kwalunkwe miżura, minbarra l-miżuri meħuda mill-operatur skont l-Artikolu 70d, li tkun meħtieġa biex jiġi żgurat li jerġa’ jkun hemm konformità mingħajr dewmien. Meta n-nuqqas ta’ konformità jikkawża degradazzjoni sinifikanti tal-kundizzjonijiet lokali tal-arja, tal-ilma jew tal-ħamrija, jew meta dan joħloq, jew jirriskja li joħloq, periklu sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem, it-tħaddim tal-installazzjoni għandu jiġi sospiż mill-awtorità kompetenti sakemm jerġa’ jkun hemm konformità.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|