+Artikolu 73 1.

Artikolu 73 1.

►M1  

Sat-30 ta’ Ġunju 2028 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jirrieżamina l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar attivitajiet li għalihom ġew adottati jew ma ġewx adottati konklużjonijiet tal-BAT skont l-Artikolu 13(5) ta’ din id-Direttiva, filwaqt li titqies id-dinamika tal-innovazzjoni, inklużi metodi tekniċi emerġenti, il-ħtieġa għal aktar miżuri ta’ prevenzjoni tat-tniġġis u r-rieżami msemmi fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ azzjoni tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment jew l-aġġornar tar-rekwiżiti minimi madwar l-Unjoni għall-valuri limitu tal-emissjonijiet u għar-regoli dwar il-monitoraġġ u l-konformità għall-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT adottati matul il-perjodu preċedenti ta’ ħames snin, abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a) 

l-impatt tal-attivitajiet ikkonċernati fuq l-ambjent b’mod ġenerali u fuq is-saħħa tal-bniedem;

(b) 

il-qagħda tal-implimentazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli għall-attivitajiet ikkonċernati.

 ◄

Dik il-valutazzjoni għandha tqis l-opinjoni tal-forum imsemmija fl-Artikolu 13(4).

Il-Kapitolu III u l-Anness V għal din id-Direttiva għandhom jitqiesu li jirrappreżentaw ir-rekwiżiti minimi għall-Unjoni kollha fil-każ ta’ impjanti kbar ta’ kombustjoni.

Fejn ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva. Meta l-valutazzjoni msemmija skont subparagrafu tidentifika ħtieġa bħal din, il-proposta leġsżlattiva għandha tinkludi dispożizzjonijiet li jistabbilixxu jew jaġġornaw ir-rekwiżiti minimi madwar l-Unjoni għall-valuri limitu tal-emissjonijiet u għar-regoli dwar l-evalwazzjoni tal-monitoraġġ u tal-konformità għall-attivitajiet ikkonċernati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.