►M1
Sat-30 ta’ Ġunju 2028 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jirrieżamina l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar attivitajiet li għalihom ġew adottati jew ma ġewx adottati konklużjonijiet tal-BAT skont l-Artikolu 13(5) ta’ din id-Direttiva, filwaqt li titqies id-dinamika tal-innovazzjoni, inklużi metodi tekniċi emerġenti, il-ħtieġa għal aktar miżuri ta’ prevenzjoni tat-tniġġis u r-rieżami msemmi fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/87/KE.
Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ azzjoni tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment jew l-aġġornar tar-rekwiżiti minimi madwar l-Unjoni għall-valuri limitu tal-emissjonijiet u għar-regoli dwar il-monitoraġġ u l-konformità għall-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT adottati matul il-perjodu preċedenti ta’ ħames snin, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
(a)
l-impatt tal-attivitajiet ikkonċernati fuq l-ambjent b’mod ġenerali u fuq is-saħħa tal-bniedem;
(b)
il-qagħda tal-implimentazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli għall-attivitajiet ikkonċernati.
◄
Dik il-valutazzjoni għandha tqis l-opinjoni tal-forum imsemmija fl-Artikolu 13(4).
Il-Kapitolu III u l-Anness V għal din id-Direttiva għandhom jitqiesu li jirrappreżentaw ir-rekwiżiti minimi għall-Unjoni kollha fil-każ ta’ impjanti kbar ta’ kombustjoni.
Fejn ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva. Meta l-valutazzjoni msemmija skont subparagrafu tidentifika ħtieġa bħal din, il-proposta leġsżlattiva għandha tinkludi dispożizzjonijiet li jistabbilixxu jew jaġġornaw ir-rekwiżiti minimi madwar l-Unjoni għall-valuri limitu tal-emissjonijiet u għar-regoli dwar l-evalwazzjoni tal-monitoraġġ u tal-konformità għall-attivitajiet ikkonċernati.