+Artikolu 79 Penali
---+Artikolu 79 1.
---+Artikolu 79 2.
---+Artikolu 79 3.
---+Artikolu 79 4.

Artikolu 79 Penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 79 1.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 79 2.
Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu penali finanzjarji amministrattivi li effettivament iċaħħdu lil dawk li jkunu wettqu l-ksur tal-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom.

Għall-ksur l-aktar serju mwettaq minn persuna ġuridika, l-ammont massimu tal-penali finanzjarji amministrattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun mill-anqas 3 % tal-fatturat annwali tal-operatur fl-Unjoni fis-sena finanzjarja li tippreċedi s-sena li fiha tkun ġiet imposta l-multa.

L-Istati Membri jistgħu wkoll, jew alternattivament, jużaw pieni kriminali dment li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi b’mod ekwivalenti għall-penali finanzjarji amministrattivi msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 79 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali stabbiliti skont dan l-Artikolu jqisu kif xieraq dan li ġej, kif applikabbli:

(a) 

in-natura, il-gravità, u l-firxa tal-ksur;

(b) 

il-popolazzjoni jew l-ambjent affettwat mill-ksur, filwaqt li jitqies l-impatt tal-ksur fuq l-objettiv li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent;

(c) 

il-karattru ripetittiv jew ta’ darba tal-ksur.

Artikolu 79 4.
L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dawk il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.