+ANNESS IV Il-Partieċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil tad-deċiżjonijiet

ANNESS IV Il-Partieċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil tad-deċiżjonijiet




ANNESS IV

Il-Partieċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil tad-deċiżjonijiet

1.

▼M1

Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf kmieni fil-proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-materji li ġejjin, permezz ta’ avviżi pubbliċi u fuq paġna web, jew l-aktar tard, hekk kif din l-informazzjoni tkun tista’ tiġi pprovvduta b’mod raġonevoli:

▼B

(a) 

l-applikazzjoni għal permess jew, skont kif ikun il-każ, il-proposta għall-aġġornament ta’ permess jew tal-kondizzjonijiet ta’ permess skont l-Arikolu 21, inkluża d-deskrizzjoni tal-elementi elenkati fl-Artikolu 12(1);

(b) 

fejn applikabbli, il-fatt li deċiżjoni hija suġġetta għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali nazzjonali jew transkonfinali jew għal konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 26;

(c) 

id-dettalji tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet, dawk li minnhom tista’ tinkiseb informazzjoni rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu sottomessi kummenti jew mistoqsijiet, u d-dettalji dwar l-iskeda taż-żmien għat-trasmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet;

(d) 

in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni;

(e) 

meta japplikaw, id-dettalji li għandhom x’jaqsmu ma’ proposta sabiex jiġu aġġornati permess jew il-kondizzjonijiet ta’ permess;

(f) 

indikazzjoni dwar iż-żminijiet u l-postijiet fejn, jew il-mezzi li permezz tagħhom, l-informazzjoni rilevanti issir disponibbli;

(g) 

id-dettalji tal-arranġamenti għall-partieċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-pubbliku magħmula skont il-punt 5.

2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’perijodi xierqa taż-żmien, dan li ġej isir disponibbli għall-pubbliku kkonċernat:

(a) 

skont il-liġi nazzjonali, ir-rapporti prinċipali u l-pariri maħruġa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta l-pubbliku interessat ġie mgħarraf skont il-punt 1;

(b) 

skont id-Direttiva 2003/4/KE, l-informazzjoni għajr dik imsemmija fil-punt 1 li tkun rilevanti għad-deċiżjoni skont l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva u li ssir disponibbli biss wara ż-żmien li l-pubbliku interessat ikun ġie mgħarraf skont il-punt 1.

▼M1

3.

Il-membri tal-pubbliku kkonċernati għandu jkollhom l-opportunità bikrija u effettiva li jesprimu kummenti u opinjonijiet lill-awtorità kompetenti qabel ma tittieħed deċiżjoni.

▼B

4.

Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jsiru skont dan l-Anness iridu jitqiesu kif mistħoqq fit-teħid ta’ deċiżjoni.

▼M1

5.

Għandhom jiġu pprovduti perjodi raġonevoli ta’ żmien għall-fażijiet differenti, billi jitħalla żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku jiġi informat u biex il-membri tal-pubbliku kkonċernat iħejju ruħhom għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-ambjent, u jipparteċipaw b’mod effettiv fih, soġġett għal dan l-Anness.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.