+Artikolu 9 Għoti tal-Ekotikketta tal-UE u termini u kondizzjonijiet tal-użu tagħha
---+Article 9 1.
---+Article 9 2.
---+Article 9 3.
---+Article 9 4.
---+Article 9 5.
---+Article 9 6.
---+Article 9 7.
---+Article 9 8.
---+Article 9 9.
---+Article 9 10.
---+Article 9 11.
---+Article 9 12.
---+Article 9 13.

Artikolu 9 Għoti tal-Ekotikketta tal-UE u termini u kondizzjonijiet tal-użu tagħha

Artikolu 9

Għoti tal-Ekotikketta tal-UE u termini u kondizzjonijiet tal-użu tagħha

1.  Kwalunkwe operatur li jixtieq juża l-Ekotikketta tal-UE għandu japplika lill-korpi kompetenti li jissemmew fl-Artikolu 4 skont ir-regoli li ġejjin:

(a) meta prodott joriġina fi Stat Membri wieħed, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lil korp kompetenti ta' dak l-Istat Membru;

(b) meta prodott joriġina fl-istess għamla f'diversi Stati Membri, l-applikazzjoni tista' tiġi ppreżentata lil korp kompetenti f'wieħed minn dawk l-Istati Membri;

(c) meta prodott joriġina minn barra l-Komunità, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lil korp kompetenti fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li fih il-prodott ikun sejjer jitpoġġa jew ikun tqiegħed fis-suq.

2.  L-Ekotikketta tal-UE għandu jkollha l-forma murija fl-Anness II.

L-Ekotikketta tal-UE tista’ tintuża biss b’konnessjoni mal-prodotti li jkunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE applikabbli għall-prodotti kkonċernati u li għalihom tkun ingħatat l-Ekotikketta tal-UE.

3.  L-applikazzjonijiet għandhom jispeċifikaw id-dettalji kollha ta' kuntatt tal-operatur, kif ukoll il-grupp ta' prodotti inkwistjoni u għandhom jinkludu deskrizzjoni sħiħa tal-prodott kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra mitluba mill-korp kompetenti.

L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu d-dokumentazzjoni kollha rilevanti, kif speċifikat fil-miżura rilevanti tal-Kummissjoni li tistabbilixxi kriterji għall-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti inkwistjoni.

4.  Il-korp kompetenti li tkun saritlu applikazzjoni għandu jitlob ħlasijiet skont l-Anness III. L-użu tal-Ekotikketta tal-UE għandu jkun b’kondizzjoni li l-ħlasijiet ikunu ngħataw fi żmien debitu.

5.  Fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ applikazzjoni, il-korp kompetenti kkonċernat għandu jivverifika jekk id-dokumentazzjoni hijiex kompleta u għandu jinnotifika lill-operatur. Il-korp kompetenti għandu jiċħad l-applikazzjoni jekk l-operatur jonqos milli jikkompleta d-dokumentazzjoni fi żmien sitt xhur minn tali notifika.

Sakemm id-dokumentazzjoni tkun kompluta u l-korp kompetenti jkun ivverifika li l-prodott jikkonforma mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni ppubblikati skont l-Artikolu 8, il-korp kompetenti għandu jassenja numru ta’ reġistrazzjoni lill-prodott.

L-operaturi għandhom iħallsu l-ispejjeż tat-testijiet u tal-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. L-operaturi jistgħu jintalbu jħallsu l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni fejn tenħtieġ verifika fuq il-post barra l-Istat Membru li fih lil-korp kompetenti hu bbażat.

6.  Fejn il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE jeħtieġu li l-faċilitajiet tal-produzzjoni sabiex jissodisfaw ċerti rekwiżiti, dawn għandhom jiġu sodisfatti fil-faċilitajiet kollha fejn il-prodott li jkollu fuqu l-Ekotikketta tal-UE jiġi ffabbrikat. Fejn meħtieġ, il-korp kompetenti għandu jagħmel verifiki fuq il-post jew jassenja aġenti awtorizzat għal dak il-għan.

7.  Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment it-testijiet akkreditati skont l-ISO 17025 u l-verifiki mwettqa minn korpi li huma akkreditati skont l-istandard EN 45011 jew standard internazzjonali ekwivalenti. Il-korpi kompetenti għandhom jikkollaboraw sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u konsistenti tal-proċeduri ta' valutazzjoni u verifika, partikolarment permezz tal-grupp ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 13.

8.  Il-korp kompetenti jista' jikkonkludi kuntratt ma' kull operatur, li jkopri t-termini tal-użu tal-Ekotikketta tal-UE (inklużi dispożizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u l-irtirar tal-Ekotikketta tal-UE, partikolarment wara r-reviżjoni tal-kriterji). Għal dak il-għan għandu jiġi użat kuntratt standard skont il-mudell fl-Anness IV.

9.  L-operatur jista’ jqiegħed l-Ekotikketta tal-UE fuq il-prodott biss wara konklużjoni tal-kuntratt. L-operatur għandu jqiegħed ukoll in-numru ta’ reġistrazzjoni fuq il-prodott li jkollu fuqu l-Ekotikketta tal-UE.

10.  Il-korp kompetenti li jkun ta l-Ekotikketta tal-UE lil prodott għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru komuni u taġġornah regolarment. Dak ir-reġistru għandu jkun pubblikament disponibbli f'portal tal-internet riservat għall-Ekotikketta tal-UE.

11.  L-Ekotikketta tal-UE tista’ tintuża fuq il-prodotti li għalihom tkun ingħatat l-Ekotikketta tal-UE u fuq il-materjal promozzjonali assoċjat tagħhom.

12.  L-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ambjentali jew regolatorji oħrajn tal-liġi Komunitarja jew nazzjonali applikabbli għad-diversi stadji tal-ħajja tal-prodott.

13.  Id-dritt li tintuża l-Ekotikketta tal-UE m’għandux ikun estiż għall-użu tal-Ekotikketta tal-UE bħala komponent tal-marka tal-fabbrika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 9 1.

Any operator who wishes to use the EU Ecolabel shall apply to the competent bodies referred to in Article 4 in accordance with the following rules:

(a) 

where a product originates in a single Member State, the application shall be presented to a competent body of that Member State;

(b) 

where a product originates in the same form in several Member States, the application may be presented to a competent body in one of those Member States;

(c) 

where a product originates outside the Community, the application shall be presented to a competent body in any of the Member States in which the product is to be or has been placed on the market.

Article 9 2.

The EU Ecolabel shall have the form depicted in Annex II.

The EU Ecolabel may only be used in connection with products complying with the EU Ecolabel criteria applicable to the products concerned and for which the EU Ecolabel has been awarded.

Article 9 3.

Applications shall specify the full contact details of the operator, as well as the product group in question and shall contain a full description of the product as well as all other information requested by the competent body.

Applications shall include all relevant documentation, as specified in the relevant Commission measure establishing EU Ecolabel criteria for the product group in question.

Article 9 4.
The competent body to which an application is made shall charge fees according to Annex III. The use of the EU Ecolabel shall be conditional upon the fees having been paid in due time.
Article 9 5.

Within two months of receipt of an application, the competent body concerned shall check whether the documentation is complete and shall notify the operator. The competent body may reject the application if the operator fails to complete the documentation within six months after such notification.

Provided that the documentation is complete and the competent body has verified that the product complies with the EU Ecolabel criteria and assessment requirements published according to Article 8, the competent body shall assign a registration number to the product.

Operators shall meet the costs of testing and assessment of conformity with EU Ecolabel criteria. Operators may be charged for travel and accommodation costs where an on-site verification is needed outside the Member State in which the competent body is based.

Article 9 6.
Where EU Ecolabel criteria require production facilities to meet certain requirements, they shall be met in all facilities in which the product bearing the EU Ecolabel is manufactured. Where appropriate, the competent body shall undertake on-site verifications or assign an authorised agent for that purpose.
Article 9 7.
Competent bodies shall preferentially recognise tests which are accredited according to ISO 17025 and verifications performed by bodies which are accredited under the EN 45011 standard or an equivalent international standard. Competent bodies shall collaborate in order to ensure the effective and consistent implementation of the assessment and verification procedures, notably through the working group referred to in Article 13.
Article 9 8.
The competent body shall conclude a contract with each operator, covering the terms of use of the EU Ecolabel (including provisions for the authorisation and withdrawal of the EU Ecolabel, notably following the revision of criteria). To that end a standard contract shall be used in accordance with the template in Annex IV.
Article 9 9.
The operator may place the EU Ecolabel on the product only after conclusion of the contract. The operator shall also place the registration number on the product bearing the EU Ecolabel.
Article 9 10.
The competent body which has awarded the EU Ecolabel to a product shall notify the Commission thereof. The Commission shall establish a common register and update it regularly. That register shall be publicly available on a website dedicated to the EU Ecolabel.
Article 9 11.
The EU Ecolabel may be used on the products for which the EU Ecolabel has been awarded and on their associated promotional material.
Article 9 12.
The award of the EU Ecolabel shall be without prejudice to environmental or other regulatory requirements of Community or national law applicable to the various life stages of the product.
Article 9 13.
The right to use the EU Ecolabel shall not extend to the use of the EU Ecolabel as a component of a trademark.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.11.2017 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0066
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.