+ANNESS III

ANNESS III

ANNESS III

1.    Il-ħlas tal-applikazzjoni

Il-korp kompetenti li tkun saritlu applikazzjoni għandu jitlob ħlas għall-iproċessar tal-applikazzjoni. Dan il-ħlas ma għandux ikun anqas minn EUR 200 u mhux ogħla minn EUR 2 000 .

Fil-każ ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju ( 6 ) u operaturi minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-ħlas massimu tal-applikazzjoni ma għandux ikun ogħla minn EUR 600.

Fil-każ tal-mikrointrapriżi ( 7 ), il-ħlas massimu għandu jkun ta’ EUR 350.

Il-ħlas tal-applikazzjoni għandu jitnaqqas bi 30 % għal applikanti li jkunu rreġistrati taħt l-Iskema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi tal-UE (EMAS) jew bi 15 % ċċertifikati taħt l-ISO 14001. It-tnaqqis mhuwiex kumulattiv. Fil-każ li jkunu applikabbli ż-żewġ sistemi, l-ogħla tnaqqis biss għandu japplika.

It-tnaqqis huwa suġġett għall-kondizzjoni li l-applikant espliċitament jikkometti ruħu li jiżgura li l-prodotti tiegħu ttikkettati ekoloġikament jikkonformaw bis-sħiħ mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE fil-perjodu kollu tal-validità tal-kuntratt u li dan l-impenn jiġi inkorporat kif jixraq fil-politika ambjentali u fl-għanijiet ddettaljati ambjentali tiegħu.

Il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu l-ħlas għall-modifika jew għall-estenzjoni ta’ liċenzja. Il-ħlas għal dan ma għandux ikun ogħla mill-ħlas tal-applikazzjoni u għandu japplika wkoll it-tnaqqis imsemmi hawn fuq.

Il-ħlas tal-applikazzjoni ma jkoprix l-ispejjeż tal-ittestjar u tal-verifika minn partijiet terzi u ta’ kull spezzjoni fil-post li jkunu meħtieġa minn parti terza jew minn korp kompetenti. L-applikanti jkollhom iħallsu l-ispejjeż għal dan l-ittestjar, għall-verifiki u għall-ispezzjonijiet huma stess.

2.    Ħlas annwali

Il-korp kompetenti jista’ jitlob li kull applikant li jkun ingħata Ekotikketta tal-UE jħallas tariffa annwali. Din tista’ tkun tariffa b’rata fissa jew tariffa bbażata fuq il-valur tal-bejgħ annwali fl-Unjoni tal-prodott li jkun ingħata l-Ekotikketta tal-UE.

Il-perjodu kopert mill-ħlas annwali għandu jibda mid-data tal-għotja tal-Ekotikketta tal-UE lill-applikant.

Meta t-tariffa tiġi kkalkulata bħala perċentwal tal-valur tal-bejgħ annwali, ma għandhiex tkun iżjed minn 0,15 % ta’ dak il-valur. It-tariffa għandha tkun ibbażata fuq il-prezz mill-fabbrika fejn il-prodott li jkun ingħata l-Ekotikketta tal-UE huwa oġġett għall-bejgħ. It-tariffa għandha tkun ibbażata fuq il-prezz tal-kunsinna tax-xogħol meta tkun marbuta ma’ servizzi.

It-tariffa massima annwali għandha tkun EUR 25 000 għal kull grupp ta’ prodotti għal kull applikant.

Fil-każ ta’ SMEs, mikrointrapriżi jew applikanti minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, it-tariffa annwali għandha titnaqqas b’mill-inqas 25 %.

It-tariffa annwali ma tkoprix l-ispejjeż tal-ittestjar, tal-verifika u ta’ xi spezzjonijiet fil-post li jkunu meħtieġa. L-applikanti jkollhom iħallsu l-ispejjeż għal dan l-ittestjar, għall-verifiki u għall-ispezzjonijiet huma stess.

3.    Ħlas għal spezzjoni

Il-korp kompetenti jista’ jitlob il-ħlas tal-ispezzjoni.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.11.2017 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0066
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.