|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Dan ir-Regolament għandu japplika għall-investigazzjonijiet tas-sikurezza f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċidenti u l-inċidenti serji:
(a)
li seħħew fit-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati, skont l-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri;
(b)
li fihom ikunu involuti inġenji tal-ajru rreġistrati fi Stat Membru jew operati minn impriża stabbilita fi Stat Membru, u li seħħew barra t-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati, f’każ li tali investigazzjoni ma ssirx minn Stat ieħor;
(c)
fejn Stat Membru huwa ntitolat, skont l-istandards internazzjonali u l-prattika rakkomandata, li jaħtar rappreżentant akkredetat biex jipparteċipa bħala Stat ta’ Reġistrazzjoni, Stat tal-Operatur, Stat tad-Disinn, Stat tal-Manifattura jew Stat li jforni l-informazzjoni, il-faċilitajiet jew l-esperti fuq it-talba tal-Istat li jagħmel l-investigazzjoni;
(d)
fejn Stat Membru li jkollu interess speċjali minħabba l-fatalitajiet jew il-feriti serji liċ-ċittadini tiegħu ikollu permess mill-Istat li jagħmel l-investigazzjoni biex jappunta espert. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|