+Artikolu 4 Awtorità tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 6.
|
Artikolu 4 Awtorità tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-investigazzjonijiet tas-sikurezza jsiru jew ikollhom superviżjoni, mingħajr interferenza esterna, minn awtorità permanenti nazzjonali tal-investigazzjoni tas-sikurezza fis-settur tal-avjazzjoni ċivili (“l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza”) li tkun tista’ tagħmel investigazzjoni tas-sikurezza kompleta b’mod indipendenti, waħedha jew permezz ta’ ftehimiet ma’ awtoritajiet ta’ investigazzjoni tas-sikurezza oħrajn;
|
|
Artikolu 4 2.
|
L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tiffunzjona b’mod indipendenti partikolarment mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni responsabbli għall-kapaċità għat-titjir, iċ-ċertifikazzjoni, l-operat ta’ titjiriet, il-manutenzjoni, il-liċenzji, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru jew l-operat tal-ajruporti u, b’mod ġenerali, minn kwalunkwe parti jew entità oħra li l-interessi jew il-missjonijiet tagħha jistgħu jkunu f’konflitt mal-kompitu fdat f’idejn l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza jew jinfluwenza l-oġġettività tagħha.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza, fit-tmexxija tal-investigazzjoni tas-sikurezza, la għandha tfittex u lanqas tieħu struzzjonijiet minn kwalunkwe persuna u għandu jkollha awtorità mingħajr restrizzjonijiet fuq kif jitmexxew l-investigazzjonijiet tas-sikurezza.
|
|
Artikolu 4 4.
|
L-attivitajiet fdati lill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza jistgħu jiġu estiżi għall-ġabra u l-analiżi ta’ informazzjoni marbuta mas-sikurezza tal-avjazzjoni, b’mod partikolari għal finijiet ta’ prevenzjoni tal-aċċidenti, sakemm dawn l-attivitajiet ma jaffetwawx l-indipendenza tagħha u ma jimplikawx responsabbiltà f’affarijiet regolatorji, amministrattivi jew ta’ standardizzazzjoni.
|
|
Artikolu 4 6.
|
L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tingħata, mill-Istat Membru rispettiv, il-mezzi meħtieġa biex tamministra r-responsabbiltajiet tagħha indipendentament u għandha tkun tista’ tikseb riżorsi suffiċjenti biex tagħmel dan. B’mod partikolari:
(a)
il-kap tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza u/jew, fil-każ ta’ awtorità pluri-modali, il-kap tal-fergħa tal-avjazzjoni tagħha għandu jkollu l-esperjenza u l-kompetenza fis-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili biex iwettaq il-kompiti tiegħu jew tagħha skont dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali;
(b)
l-investigaturi għandhom jingħataw status li jintitolhom għall-garanziji neċessarji ta’ indipendenza;
(c)
l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tikkonsisti minn mhux inqas minn investigatur wieħed disponibbli li kapaċi jiżvolġi l-funzjoni tal-investigatur responsabbli fil-każ ta’ aċċident kbir tal-ajru;
(d)
l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tiġi allokata baġit li jippermettilha twettaq il-funzjonijiet tagħha;
(e)
l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandu jkollha għad-disposizzjoni tagħha, direttament jew permezz tal-koperazzjoni msemmija fl-Artikolu 6, jew b’ arranġamenti ma’ awtoritajiet jew entitajiet nazzjonali oħrajn, persunal kwalifikat u faċilitajiet adegwati, inklużi uffiċji u hangars, biex tkun tista’ taħżen u teżamina l-inġenju tal-ajru, il-kontenut u l-fdalijiet tiegħu;
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0996
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|