|
+Artikolu 4 6. |
Artikolu 4 6.L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tingħata, mill-Istat Membru rispettiv, il-mezzi meħtieġa biex tamministra r-responsabbiltajiet tagħha indipendentament u għandha tkun tista’ tikseb riżorsi suffiċjenti biex tagħmel dan. B’mod partikolari:
(a)
il-kap tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza u/jew, fil-każ ta’ awtorità pluri-modali, il-kap tal-fergħa tal-avjazzjoni tagħha għandu jkollu l-esperjenza u l-kompetenza fis-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili biex iwettaq il-kompiti tiegħu jew tagħha skont dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali;
(b)
l-investigaturi għandhom jingħataw status li jintitolhom għall-garanziji neċessarji ta’ indipendenza;
(c)
l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tikkonsisti minn mhux inqas minn investigatur wieħed disponibbli li kapaċi jiżvolġi l-funzjoni tal-investigatur responsabbli fil-każ ta’ aċċident kbir tal-ajru;
(d)
l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tiġi allokata baġit li jippermettilha twettaq il-funzjonijiet tagħha;
(e)
l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandu jkollha għad-disposizzjoni tagħha, direttament jew permezz tal-koperazzjoni msemmija fl-Artikolu 6, jew b’ arranġamenti ma’ awtoritajiet jew entitajiet nazzjonali oħrajn, persunal kwalifikat u faċilitajiet adegwati, inklużi uffiċji u hangars, biex tkun tista’ taħżen u teżamina l-inġenju tal-ajru, il-kontenut u l-fdalijiet tiegħu; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|