+Artikolu 7 Netwerk Ewropew ta’ Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
|
Artikolu 7 Netwerk Ewropew ta’ Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tagħhom tal-investigazzjoni tas-sikurezza jistabbilixxu bejniethom Netwerk ta’ Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-Settur tal-Avjazzjoni Ċivili (“in-Netwerk”), magħmul mill-kapijiet tal-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza f’kull wieħed mill-Istati Membri, u/jew, fil-każ ta’ awtorità multimodali, mill-kap tat-taqsima tagħha tal-avjazzjoni, jew mir-rappreżentanti tagħhom, inkluż president magħżul minn fost dawn għal perijodu ta’ tliet snin. B’konsultazzjoni mill-qrib mal-membri tan-Netwerk, il-president għandu jfassal programm ta’ ħidma annwali għan-Netwerk li jkun konformi mal-objettivi u jwettaq ir-reponsabbiltajiet stipulati fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti l-programm ta’ ħidma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-president għandu jfassal l-aġenda għal-laqgħat tan-Netwerk.
|
|
Artikolu 7 2.
|
In-Netwerk għandu jipprova jtejjeb aktar il-kwalità tal-investigazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet investigattivi u jsaħħaħ l-indipendenza tagħhom. Huwa għandu b’mod partikolari jinkuraġġixxi standards għoljin fil-metodi ta’ investigazzjoni u fit-taħrig ta’ investigaturi.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, in-Network għandu r-responsabbiltà, b’mod partikolari għal dawn li ġejjin:
(a)
it-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet u l-għoti ta’ pariri lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar l-aspetti kollha tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ linji politiċi u regolamenti tal-Unjoni li għandhom x’jaqsmu ma’ investigazzjonijiet tas-sikurezza u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti;
(b)
il-promozzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni utli għat-titjib ta’ standards tas-sikurezza u l-promozzjoni attiva tal-koperazzjoni strutturata bejn awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza, il-Kummissjoni, l-EASA u l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili;
(c)
il-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni fejn adatt, “ir-reviżjonijiet tal-pari” u l-attivitajiet ta’ taħriġ rilevanti;
(d)
il-promozzjoni tal-aħjar prattika tal-investigazzjoni tas-sikurezza bil-ħsieb li tiġi żviluppata metodoloġija komuni tal-Unjoni dwar l-investigazzjoni tas-sikurezza u l-ħolqien ta’ inventarju ta’ din il-prattika;
(e)
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet investigattivi tal-awtoritajiet tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza, b’mod partikolari billi jiġi żviluppat u ġestit qafas għall-qsim tar-riżorsi.
(f)
l-għoti, fuq talba tal-awtoritajiet tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6, ta’ assistenza adegwata, li tinkludi, iżda ma tkunx limitata biss għal, lista ta’ investigaturi, tagħmir u kapaċitajiet disponibbli fi Stati Membri oħrajn għall-użu potenzjali mill-awtorità li tagħmel l-investigazzjoni.
(g)
aċċess għall-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 18, u analiżi tar-rakkomandazzjonijiet ta’ sikurezza li jinsabu fih bil-ħsieb li jkunu identifikati r-rakkomandazzjonijiet importanti ta’ sikurezza ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha.
|
|
Artikolu 7 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tan-Netwerk b’mod regolari. Il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat kulmeta l-Kunsill jew il-Kummissjoni jissottomettu talbiet lin-Netwerk.
|
|
Artikolu 7 5.
|
Il-membri tan-Netwerk m’għandhom la jfittxu u lanqas jaċċettaw istruzzjonijiet minn kwalunkwe entità li tista’ taffettwa l-istatus indipendenti tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza.
|
|
Artikolu 7 6.
|
Kif ikun adatt, l-EASA għandha tkun mistiedna bħala osservatur għal-laqgħat tan-Netwerk. In-Netwerk jista’ jistieden ukoll l-osservaturi minn awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza ta’ pajjiżi terzi u esperti rilevanti oħrajn biex jattendu għal-laqgħa tiegħu.
|
|
Artikolu 7 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata mill-qrib mal-ħidma tan-Netwerk u għandha tirċievi l-appoġġ meħtieġ min-Netwerk dwar l-aspetti rilevanti relatati mal-iżvilupp tal-politika u r-regolamentazzjoni tal-Unjoni fl-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lin-Netwerk bl-appoġġ meħtieġ, inkluż iżda mhux limitat għall-assistenza għat-tħejjija u l-organizzazzjoni tal-laqgħat, kif ukoll għall-pubblikazzjoni ta’ rapport annwali li jkopri l-attivitajiet tan-Netwerk. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti r-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0996
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|