|
+Artikolu 11 2. |
Artikolu 11 2.Minkejja kwalunkwe obbligu ta’ konfidenzjalità taħt l-atti legali tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali, l-investigatur responsabbli għandu jkollu d-dritt b’mod partikolari li:
(a)
ikollu aċċess liberu immedjat u mingħajr xkiel għas-sit tal-aċċident jew tal-inċident kif ukoll għall-inġenju tal-ajru, il-kontenut jew il-fdalijiet tiegħu;
(b)
jiżgura lista immedjata ta’ evidenza u t-tneħħija kontrollata tat-tifrik, jew komponenti għall-finijiet ta’ eżami jew ta’ analiżi;
(c)
ikollu aċċess immedjat għal u kontroll fuq ir-reġistrazzjonijiet tat-titjira, il-kontenut tagħhom u kwalunkwe reġistrazzjoni rilevanti oħra;
(d)
jitlob u jikkontribwixxi għal eżami ta’ awtopsja kompleta tal-iġsma tal-persuni mejtin b’riżultat tal-feriment u li jkollu aċċess minnufih għar-riżultati ta’ tali eżami jew tat-testijiet li saru fuq kampjuni meħudin;
(e)
jitlob l-eżami mediku tal-persuni involuti fl-operat tal-inġenju tal-ajru jew jitlob li jsiru testijiet fuq kampjuni li ttieħdu minn dawn il-persuni u li jkollu aċċess immedjat għar-riżultati ta’ dawn l-eżamijiet jew testijiet;
(f)
li jsejjaħ u jezamina x-xhieda u li jobblighom jissupplixxu jew jipproduċu informazzjoni jew evidenza rilevanti għall-investigazzjoni tas-sikurezza;
(g)
ikollu aċċess liberu għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti jew reġistrazzjonijiet miżmuma mill-proprjetarju, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip ta’ disinn, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni responsabbli, l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, l-operatur jew il-manifattur tal-inġenju tal-ajru, l-awtoritajiet responsabbli mis-settur tal-avjazzjoni ċivili, l-EASA, u mill-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru jew l-operaturi tal-ajruport. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|