+Artikolu 11 Status tal-investigaturi tas-sikurezza
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
|
Artikolu 11 Status tal-investigaturi tas-sikurezza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Hekk kif jinħatar minn awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza u minkejja kwalunkwe investigazzjoni ġudizzjarja, l-investigatur responsabbli għandu jkollu l-awtorità li jieħu l-miżuri meħtieġa biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-investigazzjoni tas-sikurezza.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Minkejja kwalunkwe obbligu ta’ konfidenzjalità taħt l-atti legali tal-Unjoni jew skont il-liġi nazzjonali, l-investigatur responsabbli għandu jkollu d-dritt b’mod partikolari li:
(a)
ikollu aċċess liberu immedjat u mingħajr xkiel għas-sit tal-aċċident jew tal-inċident kif ukoll għall-inġenju tal-ajru, il-kontenut jew il-fdalijiet tiegħu;
(b)
jiżgura lista immedjata ta’ evidenza u t-tneħħija kontrollata tat-tifrik, jew komponenti għall-finijiet ta’ eżami jew ta’ analiżi;
(c)
ikollu aċċess immedjat għal u kontroll fuq ir-reġistrazzjonijiet tat-titjira, il-kontenut tagħhom u kwalunkwe reġistrazzjoni rilevanti oħra;
(d)
jitlob u jikkontribwixxi għal eżami ta’ awtopsja kompleta tal-iġsma tal-persuni mejtin b’riżultat tal-feriment u li jkollu aċċess minnufih għar-riżultati ta’ tali eżami jew tat-testijiet li saru fuq kampjuni meħudin;
(e)
jitlob l-eżami mediku tal-persuni involuti fl-operat tal-inġenju tal-ajru jew jitlob li jsiru testijiet fuq kampjuni li ttieħdu minn dawn il-persuni u li jkollu aċċess immedjat għar-riżultati ta’ dawn l-eżamijiet jew testijiet;
(f)
li jsejjaħ u jezamina x-xhieda u li jobblighom jissupplixxu jew jipproduċu informazzjoni jew evidenza rilevanti għall-investigazzjoni tas-sikurezza;
(g)
ikollu aċċess liberu għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti jew reġistrazzjonijiet miżmuma mill-proprjetarju, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip ta’ disinn, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni responsabbli, l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, l-operatur jew il-manifattur tal-inġenju tal-ajru, l-awtoritajiet responsabbli mis-settur tal-avjazzjoni ċivili, l-EASA, u mill-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru jew l-operaturi tal-ajruport.
|
|
Artikolu 11 3.
|
L-investigatur responsabbli għandu jestendi l-intitolamenti elenkati fil-paragrafu 2 lill-esperti u l-konsulenti tiegħu, kif ukoll lir-rappreżentanti akkredetati u lill-esperti u l-konsulenti tagħhom, sa fejn ikun meħtieġ biex jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod effikaċi fl-investigazzjoni tas-sikurezza. Dawk l-intitolamenti huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-investigaturi u l-esperti magħżula mill-awtorità responsabbli tal-inkjesta ġudizzjarja.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Kwalunkwe persuna li tipparteċipa fl-investigazzjonijiet tas-sikurezza għandha twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod indipendenti u la għandha tfittex u lanqas taċċetta struzzjonijiet minn xi ħadd, ħlief mill-investigatur responsabbli jew ir-rappreżentant akkreditat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0996
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|