+Artikolu 13 Preżervazzjoni tal-evidenza
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
|
Artikolu 13 Preżervazzjoni tal-evidenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ l-aċċident jew l-inċident serju għandu jkun responsabbli li jiżgura trattament sikur tal-evidenza kollha u li jieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jipproteġi tali evidenza u li jżomm taħt kustodja sikura l-inġenju tal-ajru, il-kontenut tiegħu u l-fdalijiet tiegħu għall-perijodu li jista’ jkun meħtieġ għall-iskop ta’ investigazzjoni tas-sikurezza. Il-protezzjoni tal-evidenza għandha tinkludi l-preżervazzjoni, b’mezzi fotografiċi jew mezzi oħra, ta’ kwalunkwe evidenza li tista’ titneħħa, titħassar, tintilef jew tinqered. Il-kustodja sikura għandha tinkludi l-protezzjoni kontra aktar ħsara, l-aċċess minn persuni mhux awtorizzati, is-serq u d-deterjorament.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Sal-wasla tal-investigaturi tas-sikurezza, l-ebda persuna m’għandha timmodifika l-istat tas-sit tal-aċċident, jew tieħu kwalunkwe kampjun minnu, jew tagħmel xi moviment ta’ għażla ta’ kampjun mill-inġenju tal-ajru, il-kontenut jew il-fdalijiet tiegħu, jew tressqu jew tneħħih, bl-eċċezzjoni ta’ fejn azzjoni bħal din tkun meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza jew biex tinġieb l-assistenza għall-persuni feruti jew bil-permess espliċitu tal-awtoritajiet li jikkontrollow is-sit u, fejn hu possibbli, f’konsultazzjoni mal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Kwalunkwe persuna involuta għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tippreżerva d-dokumenti, il-materjal u r-reġistrazzjonijiet marbuta mal-avveniment, b’mod partikolari sabiex timpedixxi li jkun hemm tħassir tar-reġistrazzjonijiet tal-konversazzjonijiet jew l-allarmi wara t-titjira.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0996
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|