|
+Artikolu 14 2. |
Artikolu 14 2.Ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin m’għandhomx ikunu disponibbli jew użati għal skopijiet ħlief għall-investigazzjoni tas-sikurezza, jew skopijiet oħra li jimmiraw lejn it-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni:
(a)
il-komunikazzjonijiet kollha bejn persuni li kienu involuti fl-operat tal-inġenju tal-ajru;
(b)
ir-reġistrazzjonijiet bil-miktub jew elettroniċi u t-traskrizzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet mill-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, inklużi r-rapporti u r-riżultati magħmulin għall-finijiet interni;
(c)
ittri ta’ introduzzjoni għat-trażmissjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza lill-indirizzati, fejn ikunu mitluba mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza li tkun ħarġet ir-rakkomandazzjoni;
(d)
rapporti ta’ okkorrenzi ffajljati taħt id-Direttiva 2003/42/KE. Ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistru tad-data tat-titjira m’għandhomx isiru disponibbli jew jintużaw għal skopijiet ħlief għall-investigazzjoni tas-sikurezza, għal skopijiet tal-kapaċità tat-titjir jew għal skopijiet ta’ manutenzjoni, ħlief meta dawn ir-reġistrazzjonijiet jiġu de-identifikati jew żvelati taħt proċeduri siguri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|