+Artikolu 14 Protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva ta’ sikurezza
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
|
Artikolu 14 Protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva ta’ sikurezza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Ir-reġistri li ġejjin m’għandhomx isiru disponibbli jew jintużaw għal skopijiet ħlief għall-investigazzjoni tas-sikurezza:
(a)
id-dikjarazzjonijiet kollha meħudin minn persuni mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza matul l-investigazzjoni tas-sikurezza;
(b)
reġistrazzjonijiet li juru l-identità tal-persuni li jkunu taw xhieda fil-kuntest tal-investigazzjoni tas-sikurezza;
(c)
informazzjoni miġbura mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza li hija ta’ natura partikolarment sensittiva u personali, inkluż l-informazzjoni rigward is-saħħa tal-individwi;
(d)
materjal sussegwentament prodott matul l-investigazzjoni bħan-noti, abbozzi, opinjonijiet miktubin mill-investigaturi, opinjonijiet espressi fl-analiżi tal-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni tar-reġistrazzjonijiet tat-titjira;
(e)
informazzjoni u evidenza pprovduti minn investigaturi minn Stati Membri oħrajn jew minn pajjiżi terzi skont id-dispożizzjonijiet tal-istandards internazzjonali u l-prattika rakkomandata, fejn ikunu mitluba mill-awtorità tagħhom tal-investigazzjoni tas-sikurezza;
(f)
abbozzi ta’ rapporti preliminari jew finali jew dikjarazzjonijiet interim;
(g)
ir-reġistrazzjonijiet tal-vuċijiet u tal-immaġini fil-kabina tal-pilota u t-traskrizzjonijiet tagħhom, kif ukoll ir-reġistrazzjonijiet tal-vuċi ġewwa l-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, filwaqt li jiġi żgurat li l-informazzjoni li ma tkunx rilevanti għall-investigazzjoni tas-sikurezza, b’mod partikolari informazzjoni li jkollha effett fuq il-privatezza personali, tkun adegwatament protetta, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin m’għandhomx ikunu disponibbli jew użati għal skopijiet ħlief għall-investigazzjoni tas-sikurezza, jew skopijiet oħra li jimmiraw lejn it-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni:
(a)
il-komunikazzjonijiet kollha bejn persuni li kienu involuti fl-operat tal-inġenju tal-ajru;
(b)
ir-reġistrazzjonijiet bil-miktub jew elettroniċi u t-traskrizzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet mill-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, inklużi r-rapporti u r-riżultati magħmulin għall-finijiet interni;
(c)
ittri ta’ introduzzjoni għat-trażmissjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza lill-indirizzati, fejn ikunu mitluba mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza li tkun ħarġet ir-rakkomandazzjoni;
(d)
rapporti ta’ okkorrenzi ffajljati taħt id-Direttiva 2003/42/KE.
Ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistru tad-data tat-titjira m’għandhomx isiru disponibbli jew jintużaw għal skopijiet ħlief għall-investigazzjoni tas-sikurezza, għal skopijiet tal-kapaċità tat-titjir jew għal skopijiet ta’ manutenzjoni, ħlief meta dawn ir-reġistrazzjonijiet jiġu de-identifikati jew żvelati taħt proċeduri siguri.
|
|
Artikolu 14 3.
|
Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-amministrazzjoni tal-ġustizzja jew l-awtorità kompetenti li tiddeċiedi dwar l-iżvelar tar-reġistrazzjonijiet skont il-liġi nazzjonali tista’ tiddeċiedi li l-benefiċċji tal-iżvelar tar-reġistrazzjonijiet msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għal kwalunkwe skop ieħor permess mil-liġi jġorr aktar piż mill-impatt avvers domestiku jew intenazzjonali li tali azzjoni jista’ jkollha fuq dik l-investigazzjoni tas-sikurezza jew fuq kwalunkwe investigazzjoni tas-sikurezza futura. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw il-każijiet fejn tista’ tittieħed tali deċiżjoni ta’ żvelar, fir-rispett tal-atti legali tal-Unjoni. Il-komunikazzjoni tar-reġistrazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 lill-Stat Membru ieħor għal skopijiet ħlief l-investigazzjoni tas-sikurezza u, barra minn hekk fir-rigward tal-paragrafu 2, għal skopijiet ħlief dawk li jimmiraw lejn it-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni tista’ tingħata safejn dan ikun permess mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru komunikanti. L-iproċessar jew l-iżvelar ta’ reġistrazzjonijiet riċevuti permezz ta’ tali komunikazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istat Membru riċeventi għandhom ikunu permessi biss wara konsultazzjoni minn qabel tal-Istat Membru komunikanti u dan suġġett għal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru riċeventi.
|
|
Artikolu 14 4.
|
Tista’ tiġi żvelata biss id-data strettament neċessarja għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0996
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|