+Artikolu 15 Komunikazzjoni tal-informazzjoni
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.

Artikolu 15 Komunikazzjoni tal-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Il-persunal tal-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza inkarigata, jew kwalunkwe persuna msejħa biex tipparteċipa jew tikkontribwixxi għall-investigazzjoni tas-sikurezza, għandhom ikunu marbuta bir-regoli applikabbli ta’ segretezza professjonali, ukoll f’dak li jirrigwarda l-anonimità ta’ dawk involuti f’aċċident jew inċident, taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli.
Artikolu 15 2.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 16 u 17, l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza inkarigata għandha tikkomunika l-informazzjoni, li hija tikkunsidra rilevanti għall-prevenzjoni ta’ aċċident jew inċident serju, lill-persuni responsabbli għall-inġenju tal-ajru jew il-manifattura jew il-manteniment tat-tagħmir tal-inġenju tal-ajru, u lill-individwi jew l-entitajiet ġuridiċi responsabbli mill-operat tal-inġenju tal-ajru jew mit-taħriġ tal-persunal.
Artikolu 15 3.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 16 u 17, l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza inkarigata u r-rappreżentant(i) akkreditat(i) imsemmijin fl-Artikolu 8 għandhom jirrilaxxaw lill-EASA u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili l-informazzjoni fattwali rilevanti miksuba matul l-investigazzjoni tas-sikurezza, minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) jew li tikkawża konflitt ta’ interess. L-informazzjoni li jirċievu l-EASA u l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili għandha tkun protetta skont l-Artikolu 14 u l-atti legali applikabbli tal-Unjoni u taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Artikolu 15 4.
L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza inkarigata għandha tkun awtorizzata biex tinforma lill-vittmi, u lill-qraba tagħhom jew lill-assoċjazzjonijiet tagħhom jew biex tagħmel pubblika kwalunkwe informazzjoni dwar l-osservazzjonijiet fattwali, il-proċedimenti tal-investigazzjoni tas-sikurezza u possibbilment rapporti jew konklużjonijiet preliminari u/jew rakkomandazzjonijiet ta’ sikurezza, sakemm tali informazzjoni ma tikkompromettix l-għanijiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza u tkun totalment konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali.
Artikolu 15 5.
Qabel ma jagħmel l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 4 disponibbli għall-pubbliku, l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza inkarigata għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-vittmi u lill-qraba tagħhom jew lill-assoċjazzjonijiet tagħhom b’mod li ma jikkompromettix l-objettivi tal-investigazzjoni tas-sikurezza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0996
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.