+Artikolu 16 Rapport tal-investigazzjoni
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
---+Artikolu 16 8.
|
Artikolu 16 Rapport tal-investigazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
Kull investigazzjoni tas-sikurezza għandha tkun konkluża b’rapport fil-forma adatta skont it-tip u s-serjetà tal-aċċident jew l-inċident serju. Ir-rapport għandu jindika li l-uniku għan tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza huwa l-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fil-ġejjieni mingħajr ma wieħed jagħti tort jew responsabbiltà. Ir-rapport, fejn xieraq, għandu jkollu rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Ir-rapport għandu jipproteġi l-anonimità ta’ kwalunkwe individwu involut fl-aċċident jew fl-inċident serju.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Fejn l-investigazzjonijiet tas-sikurezza jagħtu lok għal rapporti qabel it-tkomplija tal-investigazzjoni, qabel il-pubblikazzjoni tagħhom l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza tista’ tieħu l-kummenti mill-awtoritajiet ikkonċernati, inkluża l-EASA u permezz tagħhom mid-detentur taċ-ċertifikat għad-disinn, mill-manifattur u mill-operatur ikkonċernati. Huma għandhom ikunu marbutin b’regoli applikabbli tas-segretezza professjonali fir-rigward tal-kontenuti tal-konsultazzjoni.
|
|
Artikolu 16 4.
|
Qabel il-pubblikazzjoni tar-rapport finali, l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tieħu l-kummenti mill-awtiritajiet konċernati, inkluż mill-EASA u permezz tagħhom, mid-detentur taċ-ċertifikat għad-disinn, mill-manifattur u mill-operatur konċernati, li għandhom ikunu marbutin b’regoli applikabbli tas-segretezza professjonali fir-rigward tal-kontenuti tal-konsultazzjoni. Fit-teħid ta’ tali kummenti, l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għanda ssegwi l-istandards internazzjonali u l-prattika rakkomandata.
|
|
Artikolu 16 5.
|
L-informazzjoni koperta mill-Artikolu 15 għandha tkun inkluża f’rapport biss meta tkun rilevanti għall-analiżi tal-aċċident jew l-inċident serju. L-informazzjoni jew il-partijiet tal-informazzjoni li mhumiex rilevanti għall-analiżi m’għandhomx jiġu żvelati.
|
|
Artikolu 16 6.
|
L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tagħmel ir-rapport finali pubbliku fl-iqsar żmien possibli u, jekk ikun possibbli, mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data tal-aċċident jew l-inċident serju.
|
|
Artikolu 16 7.
|
Jekk ir-rapport finali ma jistax isir pubbliku fi żmien 12-il xhar, l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezzza għandha tirrilaxxa dikjarazzjoni interim tal-anqas f’kull anniversarju tal-aċċident jew l-inċident serju, u tagħti dettal tal-progress tal-investigazzjoni u kwalunkwe kwistjoni ta’ sikurezza li titqajjem.
|
|
Artikolu 16 8.
|
L-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha tressaq kopja tar-rapport finali u tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza kemm jista’ jkun malajr lil:
(a)
l-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tal-Istati konċernati, u l-ICAO, skont l-istandards internazzjonali u l-prattika rakkomandata;
(b)
id-destinatarji tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza li jinsabu fir-rapport,
(c)
il-Kummissjonu u l-EASA, ħlief fejn ir-rapport ikun disponibbli pubblikament b’mezzi elettroniċi, f’liema każ l-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza għandha biss tinnotifikhom skont il-każ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0996
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|