+Artikolu 21 Assistenza lill-vittmi ta’ aċċidenti tal-ajru u lill-qraba tagħhom
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.
|
Artikolu 21 Assistenza lill-vittmi ta’ aċċidenti tal-ajru u lill-qraba tagħhom
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Sabiex tkun żgurata reazzjoni aktar komprensiva u armonizzata għal aċċidenti f’livell Ewropew, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan ta’ emerġenza għal aċċidenti tal-avjazzjoni ċivili fil-livell nazzjonali. Tali pjan ta’ emerġenza għandu jkopri wkoll l-assistenza lill-vittmi ta’ aċċidenti tal-avjazzjoni ċivili u lill-qraba tagħhom.
|
|
Artikolu 21 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-linji tal-ajru kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom ikollhom pjan għall-assistenza tal-vittmi ta’ aċċidenti tal-avjazzjoni ċivili u għall-qraba tagħhom. Dawk il-pjani għandhom jagħtu każ partikolari tal-appoġġ psikoloġiku lill-vittmi ta’ aċċidenti tal-avjazzjoni ċivili u lill-qraba tagħhom u jippermettu li l-linji tal-arju jirreaġixxu għal aċċident maġġuri. L-Istati Membri għandhom ukoll jivverifikaw il-pjani ta’ assistenza tal-linji tal-ajru stabbiliti fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri għandhom ukoll jinkuraġġixxu lil-linji tal-ajru ta’ pajjiżi terzi li joperaw fl-Unjoni biex jadottaw bl-istess mod pjani ta’ assistenza għall-vittmi ta’ aċċidenti tal-avjazzjoni ċivili u għall-qraba tagħhom.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Meta jseħħ aċċident, l-Istat Membru inkarigat mill-investigazzjoni, l-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-linja tal-ajru li tagħha jkun l-inġenju tal-ajru involut fl-aċċident, jew l-Istat Membru li kellu numru kbir ta’ ċittadini abbord l-inġenju tal-ajru involut fl-aċċident, għandu jieħu ħsieb il-ħatra ta’ persuna ta’ kuntatt u informazzjoni għall-vittmi u l-qraba tagħhom.
|
|
Artikolu 21 4.
|
Stat Membru jew pajjiż terz, li minħabba l-fatalitajiet jew il-feriti serji taċ-ċittadini tiegħu jkollu interess speċjali f’aċċident li seħħ fit-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati għandu jkun intitolat jaħtar espert li għandu jkollu d-dritt li:
(a)
iżur il-post tal-aċċident;
(b)
ikollu aċċess għall-informazzjoni fattwali rilevanti, li tkun approvata għar-rilaxx pubbliku mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza inkarigata, u għall-informazzjoni dwar il-progress tal-investigazzjoni;
(c)
jirċievi kopja tar-rapport finali.
|
|
Artikolu 21 5.
|
Espert maħtur taħt il-paragrafu 4 jista’ jassisti, suġġett għal-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ, fl-identifikazzjoni tal-vittmi u jattendi laqgħat mas-sopravvissuti tal-Istat tiegħu.
|
|
Artikolu 21 6.
|
B’konformità mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar rekwiżiti ta’ assigurazzjoni għat-trasportaturi bl-ajru u operaturi ta’ inġenji tal-ajru (
3
), t-trasportaturi bl-ajru ta’ pajjiżi terzi wkoll għandhom jissodisfaw l-obbligi ta’ assigurazzjoni stipulati f’dak ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0996
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|