+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
|
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Din id-Direttiva għandha, soġġett għall-paragrafu 2, tapplika għall-EEE li jaqa’ fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness I.
|
|
Artikolu 2 3.
|
Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-saħħa, u dwar kimiki, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-leġislazzjoni speċifika tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart.
|
|
Artikolu 2 4.
|
Din id-Direttiva ma tapplikax għal:
(a)
tagħmir li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, inklużi armi, munizzjon u materjal tal-gwerra maħsuba għal għanijiet speċifikament militari;
(b)
tagħmir maħsub biex jintbagħat fl-ispazju;
(c)
tagħmir li huwa ddisinjat speċifikament, u li għandu jiġi installat, bħala parti minn tip ieħor ta’ tagħmir li hu eskluż jew li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, li jista’ jintuża biss jekk ikun jagħmel parti minn dak it-tagħmir, u li jista’ jiġi sostitwit biss mill-istess tagħmir iddisinjat speċifikament;
(d)
għodda industrijali stazzjonarja fuq skala kbira;
(e)
installazzjonijiet fissi fuq skala kbira;
(f)
mezzi ta’ trasport għall-persuni jew il-merkanzija, esklużi l-vetturi elettriċi b’żewġ roti li mhumiex soġġetti għall-approvazzjoni skont it-tip;
(g)
makkinarju mobbli mhux għal fuq it-triq li jkun disponibbli esklussivament għall-użu professjonali;
(h)
apparat mediku attiv impjantabbli;
(i)
pannelli fotovoltajċi maħsuba biex jintużaw f’sistema ddisinjata, assemblata u installata minn professjonisti għal użu permanenti f’post definit għall-produzzjoni tal-enerġija mid-dawl tax-xemx għal applikazzjonijiet pubbliċi, kummerċjali, industrijali u residenzjali;
(j)
tagħmir iddisinjat speċifikament għall-uniku skop ta’ riċerka u żvilupp u li jkun biss disponibbli bejn negozji;
▼M37
▼B
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|