|
+Artikolu 2 4. |
Artikolu 2 4.Din id-Direttiva ma tapplikax għal:
(a)
tagħmir li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, inklużi armi, munizzjon u materjal tal-gwerra maħsuba għal għanijiet speċifikament militari;
(b)
tagħmir maħsub biex jintbagħat fl-ispazju;
(c)
tagħmir li huwa ddisinjat speċifikament, u li għandu jiġi installat, bħala parti minn tip ieħor ta’ tagħmir li hu eskluż jew li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, li jista’ jintuża biss jekk ikun jagħmel parti minn dak it-tagħmir, u li jista’ jiġi sostitwit biss mill-istess tagħmir iddisinjat speċifikament;
(d)
għodda industrijali stazzjonarja fuq skala kbira;
(e)
installazzjonijiet fissi fuq skala kbira;
(f)
mezzi ta’ trasport għall-persuni jew il-merkanzija, esklużi l-vetturi elettriċi b’żewġ roti li mhumiex soġġetti għall-approvazzjoni skont it-tip;
(g)
makkinarju mobbli mhux għal fuq it-triq li jkun disponibbli esklussivament għall-użu professjonali;
(h)
apparat mediku attiv impjantabbli;
(i)
pannelli fotovoltajċi maħsuba biex jintużaw f’sistema ddisinjata, assemblata u installata minn professjonisti għal użu permanenti f’post definit għall-produzzjoni tal-enerġija mid-dawl tax-xemx għal applikazzjonijiet pubbliċi, kummerċjali, industrijali u residenzjali;
(j)
tagħmir iddisinjat speċifikament għall-uniku skop ta’ riċerka u żvilupp u li jkun biss disponibbli bejn negozji;
(k)
orgnijiet bil-kanen. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|