+Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“tagħmir elettriku u elettroniku” jew “EEE” tfisser tagħmir dipendenti fuq kurrenti tal-elettriku jew kampijiet elettromanjetiċi sabiex jaħdem sew u tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ kurrenti u kampijiet bħal dawn u ddisinjat għall-użu ma’ vultaġġ massimu li ma jaqbiżx l-1 000 volt għal kurrent alternanti u l-1 500 volt għal kurrent dirett;

(2) 

għall-finijiet tal-punt 1, “dipendenti” tfisser, fir-rigward tal-EEE, li jinħtieġu kurrenti elettriċi jew kampijiet elettromanjetiċi biex iwettaq tal-anqas waħda mill-funzjonijiet maħsuba tiegħu;

(3) 

“għodda industrijali stazzjonarja fuq skala kbira” tfisser assemblea ta’ skala kbira ta’ magni, tagħmir u/jew komponenti, li jiffunzjonaw flimkien għal applikazzjoni speċifika, installati b’mod permanenti u żarmati minn professjonisti f’post partikolari, u li l-użu u l-manutenzjoni tagħhom issir minn professjonisti f’faċilità ta’ manifattura industrijali jew f’faċilità għar-riċerka u l-iżvilupp;

(4) 

“installazzjoni fissa fuq skala kbira” tfisser kombinazzjoni ta’ skala kbira ta’ diversi tipi ta’ apparat u, fejn applikabbli, strumenti oħra, li huma assemblati u installati minn professjonisti, maħsuba biex jintużaw b’mod permanenti f’post predefinit u ddedikat, u li jiġu żarmarti minn professjonisti;

(5) 

“kejbils” tfisser il-kejbils kollha b’vultaġġ ikkalkulat ta’ anqas minn 250 volts li jservu bħala konnessjoni jew estensjoni biex EEE jiġi konness mal-plakka tad-dawl jew biex żewġ EEE jew aktar jiġu konnessi flimkien;

(6) 

“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura EEE jew li għandha EEE ddisinjat jew immanifatturat u li tikkummerċjalizzah taħt isimha jew bit-trejdmark tagħha;

(7) 

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur sabiex taġixxi f’ismu għal kompiti speċifiċi;

(8) 

“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, għajr il-manifattur jew l-importatur, li tagħmel EEE disponibbli fis-suq;

(9) 

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li jqiegħed EEE minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(10) 

“operaturi ekonomiċi” tfisser il-produttur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(11) 

“tagħmel disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe forniment ta’ EEE għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun bla ħlas;

(12) 

“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li EEE jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

(13) 

“standard armonizzat” tfisser standard adottat minn wieħed mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika ( 1 ) abbażi ta’ talba li l-Kummissjoni tkun għamlet f’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/34/KE;

(14) 

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu sodisfatti minn prodott, proċess jew servizz;

(15) 

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;

(16) 

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ikunux intlaħqu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva relatati ma’ EEE;

(17) 

“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jiżguraw li l-EEE jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva u ma jipperikolax is-saħħa, is-sikurezza jew aspetti oħra ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku;

(18) 

“teħid lura” tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

(19) 

“irtirar” tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex ma tħallix li prodott fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

(20) 

“materjal omoġenju” tfisser materjal wieħed ta’ kompożizzjoni kollha kemm hi uniformi jew materjal, li jikkonsisti f’kombinazzjoni ta’ materjali, li ma jistgħux jinfirdu jew jiġu separati f’materjali differenti b’azzjonijiet mekkaniċi bħal proċessi ta’ żvitar, qtugħ, tgħaffiġ, dħin u brix;

(21) 

“apparat mediku” tfisser apparat mediku skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/42/KEE u li jkun ukoll EEE;

(22) 

“apparat mediku dijanjostiku in vitro” tfisser apparat mediku dijanjostiku in vitro skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/79/KE;

(23) 

“apparat mediku attiv impjantabbli” tfisser kull apparat mediku attiv impjantabbli skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/385/KEE tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem ( 2 );

(24) 

“strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali” tfisser strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll iddisinjati esklużivament għal użu industrijali jew professjonali;

(25) 

“disponibbilità ta’ sostitut” tfisser il-kapaċità li tali sostitut jiġi mmanifatturat u fornit f’perijodu ta’ żmien raġonevoli meta mqabbel maż-żmien meħtieġ għall-manifattura u l-forniment tas-sustanzi elenkati fl-Anness II;

(26) 

“affidabbiltà ta’ sostitut” tfisser il-probabbiltà li EEE li juża dak is-sostitut iwettaq funzjoni rikjesta mingħajr falliment taħt kondizzjonijiet iddikjarati għal perijodu ta’ żmien iddikjarat;

(27) 

“spare part” tfisser parti separata ta’ EEE li tista’ tissostitwixxi parti minn EEE. L-EEE ma jistax jiffunzjona kif intenzjonat mingħajr dik il-parti tal-EEE. Il-funzjonalità tal-EEE terġa’ tinkiseb jew titjieb meta l-parti tiġi sostitwita minn spare part;

▼M37

(28) 

“makkinarju mobbli mhux għal fuq it-triq li jkun disponibbli esklussivament għall-użu professjonali” tfisser makkinarju b'sors ta' enerġija abbord jew b'mekkaniżmu ta' trazzjoni minn sors tal-enerġija esterna, li l-operat tiegħu jirrikjedi jew mobilità jew ċaqliq kontinwu jew semikontinwu bejn suċċessjoni ta' postijiet fissi tax-xogħol waqt li jkun qed jaħdem u li jkun magħmul disponibbli esklussivament għall-użu professjonali.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.