|
+Artikolu 4 5. |
Artikolu 4 5.Sakemm l-użu mill-ġdid isir f'sistemi ta' rkupru bejn negozji b'ċiklu magħluq u verifikabbli, u l-użu mill-ġdid ta' spare parts jiġi nnotifikat lill-konsumatur, il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal spare parts użati mill-ġdid:
(a)
irkuprati minn EEE mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2006 u użati f'EEE mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2016;
(b)
irkuprati minn apparat mediku u strumenti ta' monitoraġġ u kontroll imqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2014 u użati f'EEE mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2024;
(c)
irkuprati minn apparat mediku dijanjostiku in vitro mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2016 u użati f'EEE mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2026;
(d)
irkuprati minn strumenti industrijali ta' monitoraġġ u kontroll imqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2017 u użati f'EEE mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2027;
(e)
irkuprati minn xi EEE ieħor barra l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/95/KE u mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2019 u użati f'EEE mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2029. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|