+Artikolu 4 Prevenzjoni
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
|
Artikolu 4 Prevenzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-EEE mqiegħed fis-suq, inklużi l-kejbils u l-ispare parts għat-tiswija tiegħu, għall-użu mill-ġdid tiegħu, għall-immodernizzar tal-funzjonalitajiet tiegħu jew it-tkabbir tal-kapaċità tiegħu, ma jkunx fih is-sustanzi elenkati fl-Anness II.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandu jiġi ttollerat mhux aktar mill-valur tal-konċentrazzjoni massima skont il-piż f’materjali omoġenji kif speċifikat fl-Anness II. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 20 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 21 u 22, regoli dettaljati dwar il-konformità ma’ dawk il-valuri tal-konċentrazzjoni massima li jqisu, inter alia, il-kisi superfiċjali.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Il-paragrafu 1 għandu japplika għal apparat mediku u strumenti ta' monitoraġġ u kontroll li jitqiegħdu fis-suq mit-22 ta' Lulju 2014, għal apparat mediku dijanjostiku in vitro li jitqiegħed fis-suq mit-22 ta' Lulju 2016, għal strumenti industrijali ta' monitoraġġ u kontroll li jitqiegħdu fis-suq mit-22 ta' Lulju 2017, u għall-bqija tal-EEE li kien barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/95/KE u li jitqiegħed fis-suq mit-22 ta' Lulju 2019.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal kejbils jew spare parts, għat-tiswija, l-użu mill-ġdid, l-immodernizzar tal-funzjonalitajiet jew it-tkabbir tal-kapaċità ta’ dawn li ġejjin:
(a)
EEE mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006;
(b)
apparat mediku mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2014;
(c)
apparat mediku dijanjostiku in vitro mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2016;
(d)
strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll imqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2014;
(e)
strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali imqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2017;
▼M37
(ea)
l-EEE l-ieħor kollu li kien barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/95/KE u li jitqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2019;
▼B
(f)
EEE li bbenefika minn eżenzjoni u li tqiegħed fis-suq qabel skadiet dik l-eżenzjoni, safejn hija kkonċernata l-eżenzjoni speċifika.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Sakemm l-użu mill-ġdid isir f'sistemi ta' rkupru bejn negozji b'ċiklu magħluq u verifikabbli, u l-użu mill-ġdid ta' spare parts jiġi nnotifikat lill-konsumatur, il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal spare parts użati mill-ġdid:
(a)
irkuprati minn EEE mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2006 u użati f'EEE mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2016;
(b)
irkuprati minn apparat mediku u strumenti ta' monitoraġġ u kontroll imqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2014 u użati f'EEE mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2024;
(c)
irkuprati minn apparat mediku dijanjostiku in vitro mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2016 u użati f'EEE mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2026;
(d)
irkuprati minn strumenti industrijali ta' monitoraġġ u kontroll imqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2017 u użati f'EEE mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2027;
(e)
irkuprati minn xi EEE ieħor barra l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/95/KE u mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2019 u użati f'EEE mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2029.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Annessi III u IV.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|