|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Għall-finijiet ta’ adattament tal-Annessi III u IV għall-progress xjentifiku u tekniku, u sabiex tikseb l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati individwali f’konformità mal-Artikolu 20 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 21 u 22, il-miżuri li ġejjin:
(a)
l-inklużjoni ta’ materjali u komponenti ta’ EEE għal applikazzjonijiet speċifiċi fil-listi fl-Annessi III u IV, bil-kondizzjoni li tali inklużjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u fejn tiġi sodisfatta waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
—
it-tneħħija jew is-sostituzzjoni tagħhom permezz ta’ bidliet fid-disinn jew fil-materjali u l-komponenti li ma jeħtieġu l-ebda materjal jew sustanza elenkati fl-Anness II mhijiex prattikabbli mil-lat xjentifiku jew tekniku;
—
l-affidabbiltà tas-sostituti mhijiex żgurata;
—
it-totali tal-impatti negattivi ambjentali, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur totali kkawżati mis-sostituzzjoni x’aktarx li huma ogħla mit-total tal-benefiċċji ambjentali, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur tagħhom.
Deċiżjonijiet dwar l-inklużjoni ta’ materjali u komponenti ta’ EEE fil-listi fl-Annessi III u IV f u dwar it-tul ta’ kwalunkwe eżenzjoni għandha tqis id-disponibilità tas-sostituti u l-impatt soċjo-ekonomiku tas-sostituzzjoni. Id-deċiżjonijiet dwar it-tul ta’ kwalunkwe eżenzjoni għandha tqis kull impatt ħażin potenzjali fuq l-innovazzjoni. Fejn ikun rilevanti, għandu jitqies iċ-ċiklu tal-ħajja meta jkunu qed jiġu kkunsidrati l-impatti ġenerali tal-eżenzjoni;
(b)
it-tħassir tal-materjali u l-komponenti tal-EEE mill-listi fl-Annessi III u IV fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) ma għadhomx qed jiġu sodisfatti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|