+Artikolu 5 Adattament tal-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.

Artikolu 5 Adattament tal-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

Għall-finijiet ta’ adattament tal-Annessi III u IV għall-progress xjentifiku u tekniku, u sabiex tikseb l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati individwali f’konformità mal-Artikolu 20 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 21 u 22, il-miżuri li ġejjin:

(a) 

l-inklużjoni ta’ materjali u komponenti ta’ EEE għal applikazzjonijiet speċifiċi fil-listi fl-Annessi III u IV, bil-kondizzjoni li tali inklużjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u fejn tiġi sodisfatta waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

— 
it-tneħħija jew is-sostituzzjoni tagħhom permezz ta’ bidliet fid-disinn jew fil-materjali u l-komponenti li ma jeħtieġu l-ebda materjal jew sustanza elenkati fl-Anness II mhijiex prattikabbli mil-lat xjentifiku jew tekniku;
— 
l-affidabbiltà tas-sostituti mhijiex żgurata;
— 
it-totali tal-impatti negattivi ambjentali, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur totali kkawżati mis-sostituzzjoni x’aktarx li huma ogħla mit-total tal-benefiċċji ambjentali, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur tagħhom.

Deċiżjonijiet dwar l-inklużjoni ta’ materjali u komponenti ta’ EEE fil-listi fl-Annessi III u IV f u dwar it-tul ta’ kwalunkwe eżenzjoni għandha tqis id-disponibilità tas-sostituti u l-impatt soċjo-ekonomiku tas-sostituzzjoni. Id-deċiżjonijiet dwar it-tul ta’ kwalunkwe eżenzjoni għandha tqis kull impatt ħażin potenzjali fuq l-innovazzjoni. Fejn ikun rilevanti, għandu jitqies iċ-ċiklu tal-ħajja meta jkunu qed jiġu kkunsidrati l-impatti ġenerali tal-eżenzjoni;

(b) 

it-tħassir tal-materjali u l-komponenti tal-EEE mill-listi fl-Annessi III u IV fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) ma għadhomx qed jiġu sodisfatti.

Artikolu 5 2.
Il-miżuri adottati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom, għall-kategoriji 1 sa 7, 10 u 11 tal-Anness I, jkollhom perjodu ta’ validità ta’ mhux aktar minn ħames snin u, għall-kategoriji 8 u 9 tal-Anness I, perjodu ta’ validità ta’ mhux aktar minn seba’ snin. Il-perijodi ta’ validità għandhom jiġu deċiżi għal kull każ individwalment u jistgħu jiġġeddu.

Għall-eżenzjonijiet elenkati fl-Anness III fil-21 ta' Lulju 2011, sakemm ma jiġix speċifikat perjodu iqsar, il-perjodu ta' validità massima, li jista' jiġġedded, għandu jkun:

(a) 

għall-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10 tal-Anness I, 5 snin mill-21 ta' Lulju 2011;

(b) 

għall-kategoriji 8 u 9 tal-Anness I, 7 snin mid-dati rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 4(3); u

(c) 

għall-kategorija 11 tal-Anness I, 5 snin mit-22 ta' Lulju 2019.

Għall-eżenzjonijiet elenkati fl-Anness IV fil-21 ta' Lulju 2011, il-perijodu ta’ validità massima, li jista’ jiġġedded, għandu jkun ta’ seba’ snin mid-dati rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 4(3), sakemm ma jiġix speċifikat perijodu iqsar.

Artikolu 5 3.
Applikazzjoni għall-għoti, it-tiġdid jew ir-revoka ta’ eżenzjoni għandha ssir lill-Kummissjoni f’konformità mal-Anness V.
Artikolu 5 4.

Il-Kummissjoni għandha:

(a) 

tirrikonoxxi li tkun irċeviet applikazzjoni bil-miktub fi żmien 15-il jum minn meta tirċeviha. Ir-rikonoxximent għandu jiddikjara d-data ta’ meta rċeviet l-applikazzjoni;

(b) 

tinforma lill-Istati Membri dwar l-applikazzoni mingħajr telf ta’ żmien u għandha tagħmel l-applikazzjoni u kull informazzjoni supplimentari pprovduta mill-applikant disponibbli għalihom;

▼M37

(ba) 

fi żmien xahar minn mindu tirċievi applikazzjoni, tagħti lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew kalendarju ta' żmien għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni;

▼B

(c) 

tagħmel sommarju tal-applikazzjoni disponibbli għall-pubbliku;

(d) 

tivvaluta l-applikazzjoni u l-ġustifikazzjoni tagħha.

Artikolu 5 5.
Applikazzjoni għat-tiġdid ta’ eżenzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel tiskadi l-eżenzjoni.

►M37  ————— ◄ L-eżenzjoni eżistenti għandha tibqa’ valida sa meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal tiġdid mill-Kummissjoni.

Artikolu 5 6.
Fil-każ li l-applikazzjoni għat-tiġdid ta’ eżenzjoni tiġi miċħuda jew li eżenzjoni tiġi rrevokata, l-eżenzjoni għandha tiskadi mhux iktar kmieni minn 12-il xahar, u mhux iktar tard minn 18-il xahar, wara d-data tad-deċiżjoni.
Artikolu 5 7.
Qabel ma jiġu emendati l-Annessi, il-Kummissjoni għandha, inter alia, tikkonsulta l-operaturi ekonomiċi, ir-riċiklaturi, l-operaturi tat-trattament, l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-assoċjazzjonijiet tal-impjegati u l-konsumaturi u tqieħed il-kummenti li tkun irċeviet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 5 8.
Il-Kummissjoni għandha tadotta format armonizzat għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll linji gwida komprensivi għal tali applikazzjonijiet, waqt li tqis is-sitwazzjoni tal-SMEs. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.