|
+Artikolu 5 2. |
Artikolu 5 2.Il-miżuri adottati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom, għall-kategoriji 1 sa 7, 10 u 11 tal-Anness I, jkollhom perjodu ta’ validità ta’ mhux aktar minn ħames snin u, għall-kategoriji 8 u 9 tal-Anness I, perjodu ta’ validità ta’ mhux aktar minn seba’ snin. Il-perijodi ta’ validità għandhom jiġu deċiżi għal kull każ individwalment u jistgħu jiġġeddu. Għall-eżenzjonijiet elenkati fl-Anness III fil-21 ta' Lulju 2011, sakemm ma jiġix speċifikat perjodu iqsar, il-perjodu ta' validità massima, li jista' jiġġedded, għandu jkun:
(a)
għall-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10 tal-Anness I, 5 snin mill-21 ta' Lulju 2011;
(b)
għall-kategoriji 8 u 9 tal-Anness I, 7 snin mid-dati rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 4(3); u
(c)
għall-kategorija 11 tal-Anness I, 5 snin mit-22 ta' Lulju 2019. Għall-eżenzjonijiet elenkati fl-Anness IV fil-21 ta' Lulju 2011, il-perijodu ta’ validità massima, li jista’ jiġġedded, għandu jkun ta’ seba’ snin mid-dati rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 4(3), sakemm ma jiġix speċifikat perijodu iqsar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|