+Artikolu 4 Prinċipji ġenerali
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
|
Artikolu 4 Prinċipji ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu l-linji ta’ politika nazzjonali dwar il-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(3), kull Stat Membru għandu jkollu r-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv li jiġu ġġenerati fih.
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Meta jsir vjeġġ ta’ skart radjuattiv jew fjuwil użat għall-ipproċessar jew ir-riproċessar lejn Stat Membru jew pajjiż terz, ir-responsabbiltà aħħarija għar-rimi sikur u responsabbli ta’ dawk il-materjali, inkluż kwalunkwe skart bħala prodott sekondarju, għandha tibqa’ tal-Istat Membru jew pajjiż terz minn fejn kien sar il-vjeġġ tal-materjal radjuattiv.
|
|
Artikolu 4 3
|
3. Il-linji ta’ politika nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji kollha li ġejjin:
|
(a)
|
il-ġenerazzjoni tal-iskart radjuattiv għandha tinżamm sal-minimu li hu raġonevolment prattikabbli, kemm f’termini tal-attività kif ukoll tal-volum, permezz ta’ miżuri ta’ proġettazzjoni adatti u ta’ prattiki tal-operat u tad-diżattivazzjoni, inklużi r-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-materjali;
|
|
(b)
|
jitqiesu l-interdipendenzi bejn il-passi kollha tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv;
|
|
(c)
|
il-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv għandhom jiġu ġestiti b’mod sikur, inkluż fuq terminu ta’ żmien twil b’elementi ta’ sikurezza passivi;
|
|
(d)
|
l-implimentazzjoni ta’ miżuri għandha ssegwi approċċ iggradat;
|
|
(e)
|
l-ispejjeż tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv għandhom jitħallsu minn dawk li ġġeneraw dawk il-materjali u
|
|
(f)
|
għandu jiġi applikat proċess deċiżjonali bbażat fuq evidenza u ddokumentat fir-rigward tal-istadji kollha tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv.
|
|
|
Artikolu 4 4
|
4. L-iskart radjuattiv għandu jintrema fl-Istat Membru fejn kien iġġenerat, sakemm fiż-żmien tal-vjeġġ ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim, li jqis il-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2006/117/Euratom, bejn l-Istat Membru kkonċernat u Stat Membru ieħor jew pajjiż terz biex tintuża faċilità tar-rimi f’wieħed minnhom.
Qabel vjeġġ lejn pajjiż terz, l-Istat Membru esportatur għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-kontenut ta’ kwalnukwe ftehim bħal dan u jieħu miżuri raġonevoli biex ikun aċċertat li:
|
(a)
|
il-pajjiż ta’ destinazzjoni jkun ikkonkluda ftehim mal-Komunità li jkopri l-ġestjoni ta’ skart radjuattiv u ta’ fjuwil użat jew huwa parti għall-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza tal-Ġestjoni ta’ Fjuwil Użat u dwar is-Sikurezza tal-Ġestjoni ta’ Skart Radjuattiv (“il-Konvenzjoni Konġunta”);
|
|
(b)
|
il-pajjiż ta’ destinazzjoni jkollu programmi għall-ġestjoni u r-rimi ta’ skart radjuattiv b’objettivi li jirrappreżentaw livell għoli ta’ sikurezza ekwivalenti għal dawk stabbiliti b’din id-Direttiva; u
|
|
(c)
|
il-faċilità tar-rimi fil-pajjiż ta’ destinazzjoni tkun awtorizzata biex isir vjeġġ tal-iskart radjuattiv, tkun qed topera qabel il-vjeġġ, u tkun ġestita f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-programm tal-ġestjoni u rimi ta’ skart radjuattiv ta’ dak il-pajjiż ta’ destinazzjoni.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2011 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0070
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|