+Artikolu 4 4

Artikolu 4 4

4.   L-iskart radjuattiv għandu jintrema fl-Istat Membru fejn kien iġġenerat, sakemm fiż-żmien tal-vjeġġ ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim, li jqis il-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2006/117/Euratom, bejn l-Istat Membru kkonċernat u Stat Membru ieħor jew pajjiż terz biex tintuża faċilità tar-rimi f’wieħed minnhom.

Qabel vjeġġ lejn pajjiż terz, l-Istat Membru esportatur għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-kontenut ta’ kwalnukwe ftehim bħal dan u jieħu miżuri raġonevoli biex ikun aċċertat li:

(a)

il-pajjiż ta’ destinazzjoni jkun ikkonkluda ftehim mal-Komunità li jkopri l-ġestjoni ta’ skart radjuattiv u ta’ fjuwil użat jew huwa parti għall-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza tal-Ġestjoni ta’ Fjuwil Użat u dwar is-Sikurezza tal-Ġestjoni ta’ Skart Radjuattiv (“il-Konvenzjoni Konġunta”);

(b)

il-pajjiż ta’ destinazzjoni jkollu programmi għall-ġestjoni u r-rimi ta’ skart radjuattiv b’objettivi li jirrappreżentaw livell għoli ta’ sikurezza ekwivalenti għal dawk stabbiliti b’din id-Direttiva; u

(c)

il-faċilità tar-rimi fil-pajjiż ta’ destinazzjoni tkun awtorizzata biex isir vjeġġ tal-iskart radjuattiv, tkun qed topera qabel il-vjeġġ, u tkun ġestita f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-programm tal-ġestjoni u rimi ta’ skart radjuattiv ta’ dak il-pajjiż ta’ destinazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2011 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0070
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.