+Artikolu 12 Kontenut tal-programmi nazzjonali
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2

Artikolu 12 Kontenut tal-programmi nazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1

1.   Il-programmi nazzjonali għandhom jistabbilixxu kif l-Istati Membri biħsiebhom jimplimentaw il-linji ta’ politika nazzjonali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 4 għall-ġestjoni responsabbli u sikura tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv biex jiġu żgurati l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, u għandhom jinkludu dak kollu li ġej:

(a)

l-objettivi ġenerali tal-politika nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv;

(b)

l-avvenimenti sinifikanti u l-perijodi ta’ żmien stipulati b’mod ċar għall-kisba ta’ dawn l-avvenimenti importanti fid-dawl tal-objettivi ġenerali tal-programmi nazzjonali;

(c)

inventarju tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv kollu u stimi għal kwantitajiet futuri, inklużi dawk mid-diżattivazzjoni, li jindika b’mod ċar il-post u l-ammont tal-iskart radjuattiv u l-fjuwil użat f’konformità ma’ klassifikazzjoni adatta tal-iskart radjuattiv;

(d)

il-kunċetti jew il-pjanijiet u s-soluzzjonijiet tekniċi għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv mill-ġenerazzjoni sar-rimi;

(e)

il-kunċetti jew il-pjanijiet għall-perijodu ta’ wara l-għeluq tal-ħajja ta’ faċilità tar-rimi, inkluż il-perijodu li matulu jsiru kontrolli adatti u l-mezzi li għandhom jintużaw biex l-għarfien ta’ dik il-faċilità jiġu ppreservati għal perijodu ta’ żmien itwal;

(f)

l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u ta’ evidenza li huma meħtieġa biex jiġu implimentati soluzzjonijiet għall-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv;

(g)

ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-progress biex titwettaq l-implimentazzjoni;

(h)

valutazzjoni tal-ispejjeż tal-programm nazzjonali u l-bażi u l-ipoteżijiet fundamentali ta’ dik il-valutazzjoni, li għandha tinkludi profil tul iż-żmien;

(i)

l-iskema/i ta’ finanzjament fis-seħħ;

(j)

politika jew proċess ta’ trasparenza kif imsemmi fl-Artikolu 10;

(k)

jekk hemm, il-ftehim(iet) konkluż(i) ma’ Stat Membru jew pajjiż terz dwar il-ġestjoni ta’ fjuwil użat jew skart radjuattiv, inkluż dwar l-użu ta’ faċilitajiet tar-rimi.

Artikolu 12 2

2.   Il-programm nazzjonali flimkien mal-politika nazzjonali jistgħu jiġu inklużi f’dokument uniku jew f’għadd ta’ dokumenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2011 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0070
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.