|
+Artikolu 7 ---+Article 7 1. ---+Article 7 2. ---+Article 7 3. ---+Article 7 4. ---+Article 7 5. |
Artikolu 7Artikolu 7 1. Meta Stat Membru jkun jaf li proġett x'aktarx ikun sejjer ikollu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew meta Stat Membru li x'aktarx ikun sejjer jiġi affettwat b'mod sinifikanti jitlob hekk, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu jibgħat lill-Istat Membru affettwat malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn meta jgħarraf lill-pubbliku tiegħu, fost ħwejjeġ oħra: (a) deskrizzjoni tal-proġett, flimkien ma’ kull tagħrif disponibbli dwar l-impatt transkonfinali possibbli tiegħu; (b) tagħrif dwar in-natura tad-deċiżjoni li tista' tittieħed. L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu jagħti lill-Istat Membru l-ieħor żmien raġonevoli għalbiex jindika jekk jixtieqx jieħu sehem fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2), u jista' jinkludi t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 2. Jekk Stat Membru li jirċievi t-tagħrif skont il-paragrafu 1 jindika li jkun beħsiebu jieħu sehem fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2), l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu, jekk ma jkunx diġà għamel hekk, jibgħat lill-Istat Membru affettwat it-tagħrif meħtieġ li jingħata skont l-Artikolu 6(2) u li jkun sar disponibbli skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3). 3. L-Istati Membri kkonċernati, kull wieħed sa fejn jirrigwarda lilu, għandhom ukoll: (a) jirranġaw biex it-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ikun magħmul disponibbli, fi żmien raġonevoli, lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u lill-pubbliku kkonċernat fit-territorju tal-Istat Membru li x'aktarx ikun sejjer jiġi affettwat b'mod sinifikanti; u (b) jiżguraw li l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-pubbliku kkonċernat jingħataw opportunità, qabel ma jingħata l-kunsens għall-iżvilupp, li jagħtu l-opinjoni tagħhom fi żmien raġonevoli dwar it-tagħrif fornit lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun maħsub li jitwettaq il-proġett. 4. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet rigward, inter alia, l-effetti transkonfinali potenzjali tal-proġett u l-miżuri previsti li jnaqqsu jew jeliminaw dawn l-effetti u għandhom jiftiehmu fil-qafas ta' żmien raġonevoli għat-tul tal-perjodu ta' konsultazzjoni. Tali konsultazzjonijiet jistgħu jkunu mmexxija minn korp konġunt xieraq. 5. L-arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu, inkluż l-iffissar ta' termini ta' żmien għall-konsultazzjonijiet, għandhom ikunu determinati mill-Istati Membri kkonċernati, abbażi tal-arranġamenti u t-termini ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 6(5) sa (7) u għandhom ikunu tali li jippermettu lill-pubbliku kkonċernat fit-territorju tal-Istat Membru affettwat li jipparteċipa b'mod effikaċi fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 2(2) għall-proġett. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|