Artikolu 10
▼M1
Bla ħsara għad-Direttiva 2003/4/KE, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jirrispettaw il-limitazzjonijiet imposti bil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali u bil-prassi legali aċċettati rigward il-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali, inkluża l-proprjetà intellettwali, u s-salvagwardja tal-interess pubbliku.
▼B
Fejn japplika l-Artikolu 7, it-trażmissjoni tat-tagħrif lil Stat Membru ieħor u r-riċezzjoni tat-tagħrif minn Stat Membru ieħor għandhom ikunu soġġetti għal-limitazzzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru fejn jiġi propost il-proġett.
▼M1